Join Us On:

News Archive

GRAZZI TAL-APPOĠĠ !

Grazzi tal-appoġġ tal-bieraħ !  Din is-sena l-ikla tradizzjonali tal-festa ta’ San Ġorġ – Il-Qirew, kif hi storikament magħrufa – kienet tassew suċċess kbir.  Matul il-jum tal-bieraħ kellna nwaqqfu l-bookings għax minkejja li ħsibna għal numru aktar mis-soltu xorta waħda ittieħdu l-biljetti kollha.

Is-serata kienet ippreżentata mis-Sur Charles Coleiro, li bħalma stqarr hu għandu ħafna għal qalbu din il-festa.  Waqt l-ikla kellna wkoll spettaklu mill-Grupp Folkloristiku Astra fejn dewquna ftit mir-repertorju vast tagħhom.  Il-bieraħ ukoll onorana bil-preżenza tiegħu waqt is-serata l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof t’Għawdex u Dekan tal-Kolleġġjata Ġorġjana.

Il-bidu tal-festi esterni ma setax ikun akbar minn hekk.  Naturalment il-preżenza numeruża tagħkom tagħmlilna kuraġġ anke biex is-sena d-dieħla ntejbu aktar dan l-appuntament.  Prosit kbir imur lill-kumitat festi esterni u lit-tim kbir ta’ żgħażagħ u voluntiera li taw sigħat twal ta’ ħidma biex is-serata kienet suċċess.

 Viva San Ġorġ !

DSC_0039 DSC_0040 DSC_0043  DSC_0073 DSC_0072 DSC_0071 DSC_0070 DSC_0069 DSC_0068 DSC_0065 DSC_0064 DSC_0063 DSC_0061 DSC_0060 DSC_0059 DSC_0057 DSC_0055 DSC_0052 DSC_0051 DSC_0050 DSC_0049 DSC_0044_stitch DSC_0085

(Ritratti: Mario Casha)