LEJLET IS-SOLENNITÀ
Il-bieraħ, lejlet is-solennità l-Banda Ċittadina La Stella għamlet marċ mill-każin sa Pjazza San Ġorġ biex tilqa’ lill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof Djoċesan meta wasal mill-Palazz Veskovili akkumpanjat mill-Kapitlu u l-kleru tal-Kolleġġjata Lateran biex jieħu sehem fit-Translazzjoni Solenni.
Filgħaxija imbagħad assistejna għall-Marċ singulari u kolossali bis-sehem taż-żewġ Baned Ċittadini La Stella u King’s Own (il-Belt Valletta), li matulu daqqew flimkien bħala massed band fi Triq ir-Repubblika.
(Ritratti: Mario Casha)