SAN ĠORĠ FUQ IŻ-ŻIEMEL
Fid-dimostrazzjoni ta’ San Ġorġ fuq iż-Żiemel tal-bieraħ filgħaxija, l-poplu wera għal darba oħra l-imħabba tiegħu lejn San Ġorġ, Patrun u Protettur ta’ Għawdex. Minkejja li kien għadu l-Erbgħa, l-ewwel jum tat-Tridu, t-toroq tal-qalba tal-Belt Victoria kienu ppakkjati bin-nies kif jixdhu r-ritratti.
Id-dimostrazzjoni bdiet minn Pjazza San Franġisk u spiċċat fi Pjazza San Ġorġ. Fiha daqqew il-Banda tagħna kif ukoll il-Banda Santa Margerita li din is-sena kienet għall-ewwel darba mmexija mis-Surmast George Apap. Il-Baned imxew flimkien matul Triq ir-Repubblika fejn daqqew diversi innijiet popolari fosthom l-innu marċ. Il-qofol intlaħaq fi Pjazza San Ġorġ fejn folol tan-nies assistew għat-tlugħ tal-vara fuq il-pedestall tagħha. Intant nixtiequ navżaw li l-ktieb/programm Festi San Ġorġ 2013 ħareġ u jista’ jinkiseb mill-bar tal-Każin La Stella għal donazzjoni ta’ €3.
(Ritratti: Mario Casha)