Join Us On:

News Archive

BARBEQUE KBIR IL-BIERAĦ; IL-QIREW GĦALL-FESTA TA’ SAN ĠORĠ

DSC_0034 DSC_0035 DSC_0033 DSC_0032 DSC_0031 DSC_0030

Il-parti ta’ fuq ta’ Triq ir-Repubblika l-bieraħ filgħaxija kienet magħluqa għat-traffiku peress li fiha laqgħet għadd sabiħ ħafna ta’ partitarji li laqgħu l-istedina tas-Soċjeta’ La Stella għal barbeque buffet dinner b’risq il-festa ta’ San Ġorġ.  Kienet okkażjoni sabiħa, f’post xi ftit jew wisq differenti mis-soltu għal attivitajiet ta’ din ix-xorta, li ġabret lill-partitarji eżattament tliet ġimgħat qabel il-festa.  Għall-okkażjoni kellna magħna lill-grupp mużikali The Tramps, immexxi minn Spiro Sillato, li ferrħu lil dawk preżenti bil-mużika tagħhom.

Wara s-suċċess tal-barbeque tal-bieraħ, is-Soċjeta’ bi pjaċir tħabbar li l-attivita’ li jmiss hija Il-Qirew, l-isem oriġinali ta’ dik li llum komunament insibuha bħala L-ikla tal-festaIl-Qirew – l-ikla tradizzjonali tal-festa ta’ San Ġorġ – se jsir nhar il-Ġimgħa, 12 ta’ Lulju, fit-8.30pm fi Pjazza San Ġorġ, u jkun jinkludi ikel tipiku, kant ta’ leġġendi Għawdxin, il-Qari tal-Bandu bit-Tħabbira tal-Ġimgħa tal-Festa ta’ San Ġorġ, u żfin folkloristiku mill-Grupp Folkloristiku Astra.

Il-biljetti għal din l-attivita’, li jiswew €15, ser joħorġu għall-bejgħ aktar tard din il-ġimgħa, u jistgħu jinkisbu mill-każin tal-banda La Stella, minn Kafe’ San Ġorġ, mill-Grapes Wine Bar, mingħand Frank Schembri ta’ Vajrinġa Supermarket, mingħand Sammy Rapa ta’ Ta’ Salvina Supermarket.  Huwa essenzjali ħafna li wieħed jibbukkja l-biljetti tiegħu minn qabel għal din l-attivita’.  Meta wieħed jirriserva minn qabel il-postijiet tiegħu ikun qiegħed jiggarantixxi aktar effiċjenza fil-preparazzjoni tal-ikel, u jiffaċilita x-xogħol għall-organiżżaturi.  Aktar tagħrif dwar din l-attivita’ jingħata fuq dan is-sit aktar ‘il quddiem, u jista’ jinkiseb ukoll billi wieħed iċempel jew jibgħat sms fuq 99021591.

QIREW POSTER FOR PRINT