PROGRAMM TAL-FESTA
Il-weekend li għadda tqassam il-programm tal-Festa ta’ San Ġorġ 2013 maħruġ mill-Uffiċċju Parrokkjali tal-Bażilika ta’ San Ġorġ. Inħeġġukom biex tiflu l-kontenut tiegħu w aktar importanti li tattendu għad-diversi attivitajiet li hemm imħejjija. Bħas-soltu għandna programm ippakkjat li jwassalna għall-festa tal-Patrun u Protettur t’Għawdex San Ġorġ Martri.
B’mod partikolari nhar is-Sibt li ġej tibda n-Novena għat-tfal u l-adoloxxenti, din is-sena bit-tema, Ma’ San Ġorġ niskoprul-ġmiel tal-fidi tagħna. Il-Quddiesa tan-Novena tkun fis-7.00pm u din is-sena se ssir mill-Kan. Tonio Galea.
Is-Soċjetà Filarmonika La Stella bħalissa tkun fl-eqqel tat-tħejjijiet tagħha għall-festa fejn kważi s-sezzjonijiet kollha jkunu mpenjati bi preparamenti. Beda’ x-xahar ta’ Lulju u bla ma rridu nidħlu fi klima ta’festa. Żuru dan is-sit fejn se jkollna aġġornamenti kontinwi dwar il-festa.
Għad-dettalji tal-programm għafas din il-link.