Join Us On:

News Archive

GĦADA TIBDA N-NOVENA TA’ SAN ĠORĠ

festaprog2013 _DSC0036 _DSC0014

Għada filgħaxija tibda n-Novena ta’ San Ġorġ, fil-quddiesa tas-7.00pm u din is-sena se ssir mill-Kan. Tonio Galea, bit-tema: Ma’ San Ġorġ niskopru l-ġmiel tal-fidi tagħna. Għal din l-attività reliġjuża huma mistiedna t-tfal, l-adoloxxenti u dawk akbar fl-età.  Titilfux din l-opportunità fejn nistgħu nitgħallmu fuq San Ġorġ Martri, Patrun tal-Belt Victoria u tad-Djoċesi t’Għawdex.

_DSC0062_DSC0004  DSC_0072

Il-preparamenti għall-festi esterni issa daħlu f’fażi ġdida u bħalma wieħed jista’ jara fit-toroq tal-Belt Victoria beda jidher it-tiżjin sabiħ.  Din is-sena wkoll l-Għaqda tal-Armar għandha numru ta’ xogħolijiet ġodda li se jkomplu jtejbu l-armar fit-triqat u l-pjazez tagħna. Naturalment hemm xogħol ieħor għaddej relatat mal-festa mid-diversi għaqdiet tas-Soċjetà fosthom is-Sotto-Kumitat tal-Festa, mill-Għaqda tan-Nar, s-Sotto-Kumitat tat-Tiġrijiet taż-Żwiemel, il-ktieb/programm tal-Festa, il-feature u fuq kollox il-Banda li din is-sena se terġa tkun impenjata f’diversi ġranet tal-ġimgħa tal-festa.

Aktar dettalji tal-programm jinsabu f’din il-Link.