Join Us On:

News Archive

TINTEMM IN-NOVENA

Il-bieraħ filgħaxija ġiet fi tmiema n-Novena ta’ San Ġorġ, li din is-sena kienet fdata f’idejn il-Kan. Tonio Galea.  Wara l-quddiesa, li kienet immexxija mill-Arċipriet Mons. Pawlu Cardona, dawk preżenti assistew għall-preżentazzjoni awdjoviżiva mimlija tagħlim dwar il-fidi tagħna, il-martirju u naturalment San Ġorġ.  Hekk kif spiċċa t-tfal inġabru fuq l-altar biex fost innijiet u talb laqgħu fosthom lil San Ġorġ Rebbieħ (1894), kapulavur ta’ Vincenzo Cremona u l-ewwel statwa għall-festi esterni f’Għawdex.  Dritt wara sar party kbir għat-tfal fi Pjazza San Ġorġ.  Prosit tassew lill-organizzaturi tan-Novena u l-ħamisijiet ta’ San Ġorġ.

Intant il-lejla jkomplu l-attivitajiet marbuta mal-festa.  Fit-8pm jiġi fi tmiemu l-Victoria International Arts Festival b’Kunċert Korali u Orkestrali bis-sehem tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali taħt id-direzzjoni tal-Prof. Joseph Vella, maestro di cappella tal-Bażilika u Direttur Artistiku tal-Festival.

Aktar kmieni, fis-7.30pm se jkollna t-tiġrijiet tradizzjonali fi Triq ir-Repubblika bis-sehem ta’ bhejjem minn Malta u Għawdex.  Fi tmiem it-tiġrijiet isir it-tqassim tat-trofej lir-rebbieħa.

DSC_0002 DSC_0005 DSC_0007 DSC_0008  DSC_0012 DSC_0018_stitch  DSC_0033 DSC_0036_stitch DSC_0042 DSC_0048