DALWAQT IL-FESTA TAL-PATRUN TAGĦNA !
Ħames t’ijiem oħra nkunu dħalna fil-ġimgħa tal-festa ! Bħalissa fil-quddiesa tas-7pm qed ikollna n-Novena għat-tfal u l-familji li għaliha qed ikun hemm attendenza sabiħa. In-Novana tiġi fi tmiema nhar il-Ħadd li ġej. Appuntament ieħor importanti huwa dak ta’nhar il-ġimgħa fi Pjazza San Ġorġ għall-ikla tradizzjonali ta’ San Ġorġ – Il-Qirew. Min għadu ma bbukkjax huwa mitlub jagħmel hekk malajr kemm jista’ ħalli nkunu nistgħu nippjanaw aħjar. Il-programm tal-festa qiegħed apposta fil-home page tagħna imma għall-benefiċċju tagħkom qed nġibu siltiet mill-ġimgħa tal-festa f’din l-update. Fl-aħħar nett nixtiequ nerġgħu nagħmlu l-appell tagħna għal dawk li għadhom ma tawx id-donazzjoni tagħhom għall-festa. Se jkun hemm membri tal-kumitat jiġbru fil-jiem li fadal qabel il-festa. Huwa biss bl-għajnuna tagħkom li nkunu nistgħu nagħmlu festa kbira. Il-Kumitat Ġenerali u dak tal-festa jixtiequ jieħdu din l-okkażjoni biex jirringrazzjaw lil dawk li ġa kkontribwew.
_______________________________________________________________________________
IT-TNEJN 15 TA’ LULJU
7.30pm: Tiġrijiet tradizzjonali fi Triq ir-Repubblika bis-sehem ta’ bhejjem minn Malta u Għawdex. Fi tmiem it-tiġrijiet, tqassim tat-trofej lir-rebbieħa.
Victoria International Arts Festival
8.00pm: Kunċert Korali u Orkestrali bis-sehem ta’ l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, il-Kor Laudate Pueri, it-treble Nathan Schembri Rodgers, is-sopran Gillian Zammit, l-alto Claire Massa, it-tenur Cliff Zammit Stevens, u l-baxx Nicholas Warden (Malta/l-Ingilterra), taħt id-direzzjoni tal-Prof. Joseph Vella, maestro di cappella tal-Bażilika u Direttur Artistiku tal-Festival.
IT-TLIETA 16 TA’ LULJU
5.30pm: Quddiesa mill-Arċipriet Mons. Pawlu Cardona fil-knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb.
6.30pm: Marċ mill-Banda Ċittadina La Stella minn Taċ-Ċawla sa Pjazza San Ġorġ.
8.00pm: Ħruġ tradizzjonali min-niċċa ta’ l-istatwa ta’ San Ġorġ (1839), kapulavur fl-injam ta’ Pietru Pawl Azzopardi u l-ewwel statwa titulari ta’ Għawdex. Ġabra speċjali għall-Festa.
9.00pm: Ċelebrazzjoni ta’ Xhieda Kristjana miż-żgħażagħ Ġorġjani fil-Bażilika, organizzata mill-Grupp 23four>>, b’mumenti ta’ talb, riflessjoni u kant immexxija mid-Djaknu Daniel J. Sultana.
9.30pm: Marċ brijuż mill-Banda Ite ad Joseph (il-Qala) minn Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ, fejn jingħata bidu għal dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ (1991), xogħol ta’ Austin Camilleri.
L-ERBGĦA 17 TA’ LULJU
L-EWWEL JUM TAT-TRIDU
6.00pm: L-aħħar Quddiesa tal-ġurnata.
6.30pm: Kant solenni ta’ l-Għasar mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata flimkien mal-ġemgħa liturġika, ippresedut minn Mons. George Grima. Priedka minn Dun Roberto Gauci, Ċerimonier ta’ l-Isqof. Wara, Innu, Antifona u Barka Ewkaristika mill-Kan. On. Karm Curmi.
9.30pm: Marċi mill-Banda Ċittadina La Stella u l-Banda Santa Margerita (Ta’ Sannat), li jibdew minn Triq Għajn Qatet u Triq l-Arċisqof Pietru Pace rispettivament, sa Pjazza San Franġisk.
10.00pm: Dimostrazzjoni popolari bl-istatwa ta’ San Ġorġ fuq iż-żiemel (1987), xogħol ta’ Alfred Camilleri Cauchi, bis-sehem taż-żewġ baned minn Pjazza San Franġisk sa Pjazza San Ġorġ. Il-Banda Ċittadina La Stella żżanżan is-sett ta’ marċi ġodda għas-sena.
IL-ĦAMIS 18 TA’ LULJU
IT-TIENI JUM TAT-TRIDU
9.00am: Konċelebrazzjoni Konventwali ppreseduta minn Mons. Carmelo Scicluna, Teżorier, bis-sehem tal-Kapitlu u l-kleru tal-Bażilika, b’suffraġju ta’ l-erwieħ tar-rgħajja spiritwali u s-saċerdoti l-oħra li taw servizz fi ħdan il-komunità parrokkjali Ġorġjana.
6.00pm: L-aħħar Quddiesa tal-ġurnata.
6.30pm: Kant solenni ta’ l-Għasar mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata flimkien mal-ġemgħa liturġika, ippresedut minn Mons. Felix Tabone, Vigarju Parrokkjali. Priedka minn Dun Roberto Gauci. Wara, Innu, Antifona u Barka Ewkaristika mill-Kan. Emanuel Buttigieg.
9.30pm: Dimostrazzjoni trijonfali bl-istatwa ta’ San Ġorġ, Patrun ta’ Għawdex (2008), xogħol ta’ Michael Camilleri Cauchi, bis-sehem tal-Banda Ċittadina La Stella u l-Banda Santa Marija (iż-Żebbuġ) minn Pjazza San Ġorġ sa Pjazza Savina, fejn issir preżentazzjoni awdjo-viżiva fuq San Ġorġ.
IL-ĠIMGĦA 19 TA’ LULJU
IT-TIELET JUM TAT-TRIDU
9.00am: Konċelebrazzjoni Konventwali ppreseduta minn Mons. Ġużeppi Farrugia, Arċipriet Emeritu, bis-sehem tal-Kapitlu u l-kleru tal-Bażilika, b’suffraġju tal-membri tal-parroċċa li ħallew din id-dinja matul is-sena li għaddiet.
6.00pm: L-aħħar Quddiesa tal-ġurnata.
6.30pm: Kant solenni ta’ l-Għasar mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata flimkien mal-ġemgħa liturġika, ippresedut mill-Kan. Ġużeppi A. Borg. Priedka minn Dun Roberto Gauci. Wara, Innu, Antifona u Barka Ewkaristika mill-Kan. George DeBrincat.
9.15pm: Eżekuzzjoni fi Pjazza San Ġorġ ta’ l-Ewwel Innu l-Kbir ta’ Għawdex Su Garzoni (1894), versi u mużika ta’ Mons. Giuseppe Farrugia (1852-1925), mill-Banda Ċittadina La Stella taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur il-Prof. Joseph Vella.
9.30pm: Dimostrazzjoni grandjuża bl-istatwa ta’ San Ġorġ Rebbieħ (1894), kapulavur ta’ Vincenzo Cremona u l-ewwel statwa għall-festi esterni f’Għawdex. Tmexxi d-dimostrazzjoni mat-toroq ewlenin tal-Belt Victoria l-Banda Ċittadina La Stella, bis-sehem tal-Banda Prekursur (ix-Xewkija).
IS-SIBT 20 TA’ LULJU
TMIEM IT-TRIDU MQADDES
10.00am: Konċelebrazzjoni Pontifikali ppreseduta mill-E.T. Mons. Ġużeppi Mercieca, Arċisqof Emeritu ta’ Malta, bis-sehem tal-Kapitlu u l-kleru tal-Bażilika. Fit-tmiem, kant solenni tat-Te Deum.
11.00am: Marċ mill-Banda Ċittadina La Stella minn Pjazza San Ġorġ sal-Każin fi Triq ir-Repubblika.
LEJLET IS-SOLENNITÀ
5.00pm: Quddiesa tal-Vġili tas-Solennità.
6.00pm: Marċ mill-Banda Ċittadina La Stella mill-Każin fi Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ, fejn tilqa’ lill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof Djoċesan, li jasal mill-Palazz Veskovili akkumpanjat mill-Kapitlu u l-kleru tal-Kolleġġjata Lateranensi.
6.30pm: TRANSLAZZJONI SOLENNI U ĊELEBRAZZJONI PONTIFIKALI TA’ L-EWWEL GĦASAR TAS-SOLENNITÀ PPRESEDUTI MILL-E.T. MONS. MARIO GRECH, ISQOF TA’ GĦAWDEX U DEKAN TAL-KOLLEĠĠJATA URBANA, ASSISTIT MILL-KAPITLU KATIDRALI U L-KAPITLU ĠORĠJAN, U BIS-SEHEM TAL-KAVALLIERI TA’ L-ORDNI SAGRU, MILITARI U KOSTANTINJAN TA’ SAN ĠORĠ.
7.45pm: Barka Ewkaristika mill-Arċipriet Emeritu Mons. Ġużeppi Farrugia, President tal-Kummissjoni Il-Knisja f’Malta u fl-Ewropa tal-Konferenza Episkopali Maltija, u Delegat Djoċesan għall-Kultura.
8.00pm: Programm mużikali fi Pjazza San Ġorġ mill-Banda Ċittadina King’s Own (il-Belt Valletta) taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dr John Galea.
9.30pm: Eżekuzzjoni fi Pjazza San Ġorġ ta’ l-Innu Immortali A San Giorgio Martire (1931), versi tal-Prof. Luigi Billion (1860-1939) u mużika ta’ Mro Giuseppe Giardini Vella (1895-1974), mill-Banda Ċittadina La Stella taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur il-Prof. Joseph Vella.
10.00pm: Marċ singulari u kolossali bis-sehem taż-żewġ Baned Ċittadini La Stella u King’s Own (il-Belt Valletta), li matulu jdoqqu flimkien bħala massed band fi Triq ir-Repubblika.
IL-ĦADD 21 TA’ LULJU
JUM IS-SOLENNITÀ TA’ SAN ĠORĠ
7.45am: Marċ mill-Banda Ite ad Joseph (il-Qala) minn Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ.
8.00am: Il-Kapitlu u l-kleru tal-Kolleġġjata Urbana jakkumpanjaw proċessjonalment lill-Isqof Djoċesan mill-Palazz Veskovili sal-Bażilika Ġorġjana. Ċelebrazzjoni Pontifikali tat-Terza fis-Sagristija Maġġuri.
8.20am: Wasla ta’ l-E.T. Dr George Abela, President ta’ Malta.
8.30am: KONĊELEBRAZZJONI PONTIFIKALI PPRESEDUTA MILL-E.T. MONS. MARIO GRECH, ISQOF TA’ GĦAWDEX U DEKAN TAL-KOLLEĠĠJATA, ASSISTIT MINN RAPPREŻENTANTI TAL-KAPITLU KATIDRALI, IL-KAPITLU TAL-KOLLEĠĠJATA LATERANENSI, IL-KLERU TAL-BAŻILIKA URBANA, U MEMBRI TAL-KLERU SEKULARI U RELIĠJUŻ. L-ISQOF JINSEĠ OMELIJA B’TIFĦIR U GLORJA LIL SAN ĠORĠ, IL-PATRUN TAD-DJOĊESI. L-ASSEMBLEA TKUN TAĦT IL-PATROĊINJU TA’ L-E.T. DR GEORGE ABELA, PRESIDENT TA’ MALTA.
Tiġi esegwita l-Mass in D in honour of St George “Princeps Martyrum” (1976) għal solisti, kor a 4 voci dispari u orkestra, kompożizzjoni tal-Prof. Joseph Vella, maestro di cappella tal-Bażilika u Surmast Direttur tal-Banda Ċittadina La Stella. Jieħdu sehem is-solisti Miriam Cauchi (sopran), Antonino Interisano (tenur) u Dario Russo (baxx).
11.00am: Marċ brijuż u popolari fiċ-ċentru tal-Belt Victoria bis-sehem tal-Baned San Ġorġ (Ħal Qormi) u Santa Margerita (Ta’ Sannat).
5.00pm: Quddiesa minn Mons. Ġużeppi Attard, Arċipriet tal-Katidral ta’ Għawdex.
6.00pm: Ċelebrazzjoni Solenni tat-Tieni Għasar tas-Solennità mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata Urbana, ippreseduta mill-Arċipriet Mons. Pawlu Cardona.
Jiġu esegwiti s-salmi tat-Tieni Vespri ta’ San Ġorġ, kompożizzjoni tal-Prof. Joseph Vella, mill-Kor Laudate Pueri tal-Bażilika.
6.15pm: Marċ mill-Banda Ċittadina La Stella minn Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ.
7.00pm: Tibda ħierġa l-Purċissjoni Pontifikali waqt li l-Banda Ċittadina La Stella tilqa’ l-ħruġ solenni ta’ l-istatwa titulari tal-Patrun tal-Belt u l-Gżira bl-innu reliġjuż Georgius natus est (1984), versi tal-Kan. Joe Mejlak (1944-2008) u mużika tal-Prof. Joseph Vella.
7.15pm: Il-Banda Ċittadina La Stella ssellem lil San Ġorġ, il-Patrun tad-Djoċesi, bl-eżekuzzjoni ta’ l-Innu Immortali A San Giorgio Martire, versi tal-Prof. Luigi Billion u mużika ta’ Mro Giuseppe Giardini Vella, bis-sehem tat-tenur Antonino Interisano (l-Italja), il-baxx Dario Russo (l-Italja) u l-Kor tas-Soċjetà La Stella.
Kien dan l-innu li fl-1931 beda t-tradizzjoni ta’ l-innu l-kbir fil-ftuħ tal-purċissjonijiet titulari, liema tradizzjoni ġiet adottata mill-parroċċi l-oħra kollha ta’ Għawdex.
7.30pm: TIBDA TIMMARĊJA L-PURĊISSJONI PONTIFIKALI MMEXXIJA MILL-ARĊIPRIET MONS. PAWLU CARDONA, BIS-SEHEM TAL-KAPITLU U L-KLERU TAL-BAŻILIKA, L-ORDNIJIET RELIĠJUŻI TAL-BELT VICTORIA, IS-SEMINARISTI TAD-DJOĊESI, U L-FRATELLANZI TAL-KNISJA PROTOPARROKKJALI U ARĊIMATRIĊI. TAKKUMPANJA L-BANDA ĊITTADINA U DEKANA LA STELLA BID-DAQQ TA’ INNIJIET RELIĠJUŻI.
8.00pm: Marċ mill-Banda San Ġużepp (Għajnsielem) minn Pjazza San Franġisk sa Pjazza Indipendenza, fejn tesegwixxi programm mużikali taħt id-direzzjoni ta’ Mro Sunny Galea.
8.15pm: Marċ mill-Banda Mnarja (in-Nadur) minn Pjazza San Franġisk sa Pjazza San Ġorġ, fejn tesegwixxi programm mużikali taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joseph Grech.
10.00pm: Dħul trijonfali ta’ l-istatwa ta’ San Ġorġ fil-Bażilika Urbana fost il-briju u l-kant mill-poplu Għawdxi u Malti ta’ l-innu popolari Lill-Kbir Martri San Ġorġ (1952), versi ta’ Patri Akkursju Xerri ofm (1915-1968) u mużika ta’ Mro Vincenzo Ciappara (1890-1969).
10.30pm: Antifona, u Barka Ewkaristika mill-Arċipriet Mons. Pawlu Cardona, li bihom jintemmu dawn il-festi prinċipali ta’ Għawdex f’ġieħ San Ġorġ, sa mill-qedem il-Protettur tal-poplu Għawdxi.