IL-FESTA T-TAJBA !
Il-Festa t-tajba lilkom ilkoll ! Dawn huma l-attivitajiet tal-ġurnata.
7.45am: Marċ mill-Banda Ite ad Joseph (il-Qala) minn Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ.
8.00am: Il-Kapitlu u l-kleru tal-Kolleġġjata Urbana jakkumpanjaw proċessjonalment lill-Isqof Djoċesan mill-Palazz Veskovili sal-Bażilika Ġorġjana. Ċelebrazzjoni Pontifikali tat-Terza fis-Sagristija Maġġuri.
8.20am: Wasla ta’ l-E.T. Dr George Abela, President ta’ Malta.
8.30am: KONĊELEBRAZZJONI PONTIFIKALI PPRESEDUTA MILL-E.T. MONS. MARIO GRECH, ISQOF TA’ GĦAWDEX U DEKAN TAL-KOLLEĠĠJATA, ASSISTIT MINN RAPPREŻENTANTI TAL-KAPITLU KATIDRALI, IL-KAPITLU TAL-KOLLEĠĠJATA LATERANENSI, IL-KLERU TAL-BAŻILIKA URBANA, U MEMBRI TAL-KLERU SEKULARI U RELIĠJUŻ. L-ISQOF JINSEĠ OMELIJA B’TIFĦIR U GLORJA LIL SAN ĠORĠ, IL-PATRUN TAD-DJOĊESI. L-ASSEMBLEA TKUN TAĦT IL-PATROĊINJU TA’ L-E.T. DR GEORGE ABELA, PRESIDENT TA’ MALTA.
Tiġi esegwita l-Mass in D in honour of St George “Princeps Martyrum” (1976) għal solisti, kor a 4 voci dispari u orkestra, kompożizzjoni tal-Prof. Joseph Vella, maestro di cappella tal-Bażilika u Surmast Direttur tal-Banda Ċittadina La Stella. Jieħdu sehem is-solisti Miriam Cauchi (sopran), Antonino Interisano (tenur) u Dario Russo (baxx).
11.00am: Marċ brijuż u popolari fiċ-ċentru tal-Belt Victoria bis-sehem tal-Baned San Ġorġ (Ħal Qormi) u Santa Margerita (Ta’ Sannat).
5.00pm: Quddiesa minn Mons. Ġużeppi Attard, Arċipriet tal-Katidral ta’ Għawdex.
6.00pm: Ċelebrazzjoni Pontifikali tat-Tieni Għasar tas-Solennità mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata Urbana, ippreseduta mill-Beatitudni Tiegħu Ignatius Youssef III Younan, Patrijarka tal-Knisja Kattolika Sirjana ta’ Antjokja. Jiġu esegwiti s-salmi tat-Tieni Vespri ta’ San Ġorġ, kompożizzjoni tal-Prof. Joseph Vella, mill-Kor Laudate Pueri tal-Bażilika.
6.15pm: Marċ mill-Banda Ċittadina La Stella minn Triq ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ.
7.00pm: Tibda ħierġa l-Purċissjoni Pontifikali waqt li l-Banda Ċittadina La Stella tilqa’ l-ħruġ solenni ta’ l-istatwa titulari tal-Patrun tal-Belt u l-Gżira bl-innu reliġjuż Georgius natus est (1984), versi tal-Kan. Joe Mejlak (1944-2008) u mużika tal-Prof. Joseph Vella.
7.15pm: Il-Banda Ċittadina La Stella ssellem lil San Ġorġ, il-Patrun tad-Djoċesi, bl-eżekuzzjoni ta’ l-Innu Immortali A San Giorgio Martire, versi tal-Prof. Luigi Billion u mużika ta’ Mro Giuseppe Giardini Vella, bis-sehem tat-tenur Antonino Interisano (l-Italja), il-baxx Dario Russo (l-Italja) u l-Kor tas-Soċjetà La Stella.
Kien dan l-innu li fl-1931 beda t-tradizzjoni ta’ l-innu l-kbir fil-ftuħ tal-purċissjonijiet titulari, liema tradizzjoni ġiet adottata mill-parroċċi l-oħra kollha ta’ Għawdex.
7.30pm: TIBDA TIMMARĊJA L-PURĊISSJONI PONTIFIKALI MMEXXIJA MILL-BEATITUDNI TIEGĦU IGNATIUS YOUSSEF III YOUNAN, PATRIJARKA TAL-KNISJA KATTOLIKA SIRJANA TA’ ANTJOKJA, BIS-SEHEM TAL-KAPITLU U L-KLERU TAL-BAŻILIKA, L-ORDNIJIET RELIĠJUŻI TAL-BELT VICTORIA, IS-SEMINARISTI TAD-DJOĊESI, U L-FRATELLANZI TAL-KNISJA PROTOPARROKKJALI U ARĊIMATRIĊI. TAKKUMPANJA L-BANDA ĊITTADINA U DEKANA LA STELLA BID-DAQQ TA’ INNIJIET RELIĠJUŻI.
8.00pm: Marċ mill-Banda San Ġużepp (Għajnsielem) minn Pjazza San Franġisk sa Pjazza Indipendenza, fejn tesegwixxi programm mużikali taħt id-direzzjoni ta’ Mro Sunny Galea.
8.15pm: Marċ mill-Banda Mnarja (in-Nadur) minn Pjazza San Franġisk sa Pjazza San Ġorġ, fejn tesegwixxi programm mużikali taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joseph Grech.
10.00pm: Dħul trijonfali ta’ l-istatwa ta’ San Ġorġ fil-Bażilika Urbana fost il-briju u l-kant mill-poplu Għawdxi u Malti ta’ l-innu popolari Lill-Kbir Martri San Ġorġ (1952), versi ta’ Patri Akkursju Xerri ofm (1915-1968) u mużika ta’ Mro Vincenzo Ciappara (1890-1969).
10.30pm: Antifona, u Barka Ewkaristika mill-Arċipriet Mons. Pawlu Cardona, li bihom jintemmu dawn il-festi prinċipali ta’ Għawdex f’ġieħ San Ġorġ, sa mill-qedem il-Protettur tal-poplu Għawdxi.