Join Us On:

News Archive

Yearly Archives: 2017

PRESEPJU GĦAWDXI B’DIFFERENZA 2017

L-Għaqda Żgħażagħ La Stella, sottokumitat fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika La Stella, qed tippreżenta presepju oriġinali, differenti minn dak tradizzjonali li aħna mdorrijin naraw. Din hi r-raba’ sena konsekuttiva li dan il-presepju ta’ din ix-xorta qed jiġi esebit. Dan il-presepju huwa…

Continue reading

L-ASTRA FOLK GROUP

Il-Kumitat Ġenerali jagħraf l-ASTRA Folk Group Gozo bħala kompost minn din il-lista ta’ persuni t’ hawn taħt.  Il-Kumitat jixtieq jsellem lil dawn il-membri għad-dedikazzjoni tagħhom, u fuq kollox jħossu obbligat lejn Maria Portelli, Maria Schembri u George Sacco illi b’…

Continue reading

IN-NOVENA TAL-MILIED ĠEWWA SAN ĠORĠ

Nhar il-Ġimgħa bdiet in-novena tal-Milied ġewwa l-Bażilika ta’ San Ġorġ.  Hija ħaġa sabiħa li f’dan iż-żmien tal-Avvent naħtfu din l-opportunità u nattendu għan-novena biex permezz tagħha nidħlu fl-ispirtu veru tal-Milied. In-novena qed tkun immexxija mill-Arċipriet Mons. Joseph Curmi, assistit fl-animazzjoni…

Continue reading

FESTI SOLENNI F’ĠIEĦ L-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI

Hekk kif jibda x-xahar ta’ Diċembru ħarsitna tmur fuq l-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni ġewwa l-Belt Victoria, li tiġi ċċelebrata fil-Knisja ta’ San Franġisk t’ Assisi.  Il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni minn dejjem kellha rabtiet qrib mas-Soċjetà Filarmonika La Stella, fejn ta’ kull sena…

Continue reading

IĦALLINA CARMELO (NENU) GRECH

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tinsab imnikkta bl-aħbar tat-telfa ta’ Nenu Grech membru attiv fi ħdanha, speċjalment fil-Banda Ċittadina La Stella fejn huwa jimmarċja bl-istendard u anke jakkumpanja il-katuba.  Il-preżenza u d-dedikazzjoni ta’ Nenu kienet u hi  ta’ eżempju għal ħafna. …

Continue reading

KUNĊERT MIS-SOLISTI TAL-BANDA LA STELLA

Wieħed mill-aktar avvenimenti importanti  f’Festival Mediterranea kien il-kunċert tas-solisti tal-Banda Ċittadina La Stella, li din is-sena sar fil-Kempinski San Lawrenz Hotel, nhar il-Ġimgħa 27ta’ Ottubru 2017.  Is-solisti li ħadu sehem kienu Mario Galea fuq il-klarinett, Robert Buttigieg fuq it-trumpet u…

Continue reading

IL-PROGRAMM ANNWALI TAL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA

Il-bieraħ filgħaxija wasal fi tmiemu Festival Mediterranea bil-programm annwali mill-Banda Ċittadina La Stella.  Il-banda kienet taħt it-temxxija tas-surmast il-Prof Joseph Vella.  Is-serata kienet ippreżentata minn Ms Lorna Tabone. Matul il-programm il-Banda La Stella daqqet diversi biċċiet varjati mir-repertorju mużikali tagħha. …

Continue reading

SOĊJI 2018 u FRIENDS OF TEATRU ASTRA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella għada kif nediet l-iskema tas-soċji hekk kif fis-sena l-ġdida ser nkunu qegħdin niċċelebraw l-anniversarju tad-deheb tat-Teatru Astra, minn meta ġie inawgurat f’ Jannar tal-1968. Jekk tissieħeb bħala membru fis- Soċjetà Filarmonika La Stella, awtomatikament ser tigi…

Continue reading

UN BRIVIDO MI CORSE PER LE VENE!

Un brivido mi corse per le vene !  huwa vers mill-lirika li tkanta Lucia fl-ewwel att tal-opra Lucia di Lammermoor.  Minkejja li Lucia tkanta dan il-vers f’kuntest totalment differenti, ninsabu ċerti li ħafna minn dawk preżenti f’xi waħda mir-rappreżentazzjonijiet, għexu…

Continue reading

LUCIA DI LAMMERMOOR TA’ GAETANO DONIZETTI

Fit-Teatru Astra l-bieraħ saret l-ewwel rappreżentazzjoni ta’ Lucia di Lammermoor ta’ Gaetano Donizetti.  L-opra kienet imqassma f’żewġ atti fuq librett ta’ Salvadore Cammaranno. Id-direzzjoni tal-mużika kienet f’idejn il-Prof Joseph Vella filwaqt li dik artistika kienet ta’ Enrico Stinchelli. Prosit tassew…

Continue reading

IĦALLINA S-SUR GEORGE N. CASSAR

Is-Soċjeta Filarmonika La Stella tinsab imnikkta bl-aħbar tal-mewt tas-Sur George N. Cassar li għal żmien qasir fit-tmeninijiet kien serva ta’ president. Il-funeral tiegħu se jsir illum 23 ta’ Ottubru 2017, fil-Bażilika ta’ San Ġorġ fil-quddiesa tal-5.00pm. Is-Sur Cassar huwa magħruf…

Continue reading

BIDU TA’ SENA OĦRA GĦALL-ASMT

F’Ottubru se terġa tiftaħ sena akkademika oħra tal-ASMT.  Il-lezzjonijiet jinkludu taħlita ta’ kant, żfin u drama, ingredjenti neċessarji biex wieħed ikun jista’ jipparteċipa f’musicals li jsiru fit-teatri.  Għal dan il-kors l-ASMT qabbdet għalliema kwalifikati ħafna u persważi li din is-sena…

Continue reading

20 SENA MID-DEBUTT TA’ JOSEPH CALLEJA FIT-TEATRU ASTRA

Il-bieraħ filgħaxija sar kunċert grandjuż mit-tenur ċelebri Malti Joseph Calleja biex jiċċelebra l-għoxrin anniversarju minn meta huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala tenur, liema karriera rat il-bidu tagħha fit-Teatru Astra fl-opra Macbeth tal-1997. Waqt il-kunċert tal-bieraħ intweriet silta qasira bit-tenur…

Continue reading

BBQ B’RISQ L-GĦAQDA TAL-ARMAR

Għalkemm il-festa tagħna ma ilhix ħafna li għaddiet il-ħidma għall-festa tas-sena d-dieħla ġa bdiet.  Filfatt ġa saru diversi BBQs b’risq sezzjonijiet diversi u nhar il-Ħamis 31 t’ Awwissu se jkun hemm ieħor fejn ir-Rook f’Marsalforn.  Jekk it-temp ma jkunx jippermetti…

Continue reading

JESUS CHRIST SUPERSTAR FIT-TEATRU ASTRA

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li t-Teatru Astra se jkun qed jagħmel fl-2018 fl-għeluq tal-50 sena mill-ftuħ uffiċjali tiegħu (1968-2018), it-Teatru Astra se jtella musical live ieħor – Jesus Christ Superstar ta’ Andrew LLoyd Webber.  Għal dawk kollha li jħobbu din ix-xorta…

Continue reading

FESTA TA’ SAN LAWRENZ

Illejla l-Banda Ċittadina La Stella se tagħmel l-aħħar servizz fil-festi tas-sajf tal-2017.  Is-servizz jikkonsisti f’marċ minn Triq il-Ġebla tal-Ġeneral u daqq tal-Innu l-Kbir u programm fil-pjazza ewlenija tar-raħal.  Il-banda se tkun taħt id-direzzjoni tal-Prof. Joseph Vella. Minn din il-paġna nixtiequ…

Continue reading

SERVIZZ FIL-FESTA TA’ SANTA MARGERITA

Nhar il-Ħadd li għadda l-Banda Ċittadina La Stella għamlet servizz importanti fil-festa ta’ Santa Margerita tar-raħal ta’ Sannat.  Is-servizz kien jikkonsisti f’marċ mat-toroq ewlenin u programm fil-pjazza tar-raħal.  Matul il-marċ il-Banda Ċittadina La Stella daqqet numru ta’ marċi mis-sett il-ġdid…

Continue reading

FESTA KOMPLUTA !

Il-bieraħ ġew fi tmiemhom il-festi ta’ San Ġorġ Martri tal-Belt Victoria, festa li nistgħu ngħidu hija festa ta’ mużika, festa ta’ briju, festa ta’ nar, festa ta’ talb lil San Ġorġ, festa solenni, festa ta’ ħbiberija bejn diversi nies minn…

Continue reading

IL-FESTA T’TAJBA !

L-festa t’tajba lill-Ġorġjani kollha u lil dawk li ġew jifirħu magħna minn bliet u rħula oħra f’dan il-jum.  Lilkom nagħtukom merħba fil-belt Għawdxija. “Għal dejjem, o San Ġorġ, int tibqa’ tagħna l-ġieħ – f’kull żmien, int u int biss dal-ġens…

Continue reading

IT-TIENI JUM TAT-TRIDU: PJAZZA OĦRA IPPAKKJATA

Il-bieraħ filgħaxija, għat-tielet jum konsekuttiv, il-poplu ġorġjan ippakkja pjazza oħra ! Wara li t-Tlieta il-folla ħonqot pjazza San Franġisk, u l-Erbgħa pjazza San Ġorġ, il-bieraħ kien imiss Pjazza Savina, waqt id-dimostrazzjoni popolari tal-Ħamis, it-tieni jum tat-tridu, bl-istatwa ta’ San Ġorġ…

Continue reading

SPETTAKLU MILL-AKBAR !

Il-bieraħ filgħaxija Pjazza San Ġorġ laqgħet fiha folla li ġeneralment narawha għal ħruġ u d-dħul ta’ San Ġorġ nhar il-festa. Il-marċ tradizzjonali tal-Erbgħa telaq minn Triq Għajn Qatet fejn fi Pjazza San Ġorġ bdiet id-dimostrazzjoni b’ San Ġorġ taż-Żiemel (1987),…

Continue reading

L-EWWEL JUM TAT-TRIDU

Hekk kif dħalna fil-qalba tal-festa illejla nibdew it-Tridu Solenni.  Din is-sena il-priedka se ssir minn Patri Joe Buttigieg, Gwardjan tal-Patrijiet Franġiskani Kapuċċini tal-Belt Victoria. Il-kant solenni tal-Għasar jibda fis-6.30pm.  Inħeġġu lil kulħadd biex jattendi għall-funzjonijiet sbieħ tal-knisja ħalli verament niċċelebraw…

Continue reading

DAN HUWA ‘BISS’ TMIEM IN-NOVENA !

Dan mhux il-ħruġ minn niċċa, jew ħruġ il-purċissjoni imma “biss” tmiem in-novena !  Qed ngħidu dan għax il-preżenza tagħkom il-bieraħ filgħaxija fil-Bażilika Ġorġjana kienet xhieda ta’ kemm inħobbu lil San Ġorġ, mhux biss f’dak li huwa estern imma fl-intern profond,…

Continue reading

BIDU TAN-NOVENA…WASLET IL-FESTA !

Nhar is-Sibt li ġej tibda n-novena għall-familja kollha ġewwa l-parroċċa tagħna.  Kif saħaq tajjeb l-arċipriet Mons Joseph Curmi waqt il-quddies tal-Ħadd li għadda, n-novena hija importanti ħafna għax biha nitħejju spiritwalment biex niċċelebraw bil-kbir il-patrun tagħna San Ġorġ.  Għalhekk ninkoraġġixxu…

Continue reading