Join Us On:

News Archive

LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI

Il-bieraħ, is-Sibt 4 ta’ Marzu 2023 inżammet il-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-Soċjetà Filarmonika La Stella ġewwa s-Sala Joseph Vella.  Matul il-laqgħa sar il-qari u l-approvazzjoni tal-minuti tal-laqgħa Ġenerali tas-sena 2021 u dritt wara ġie ppreżentat ir-rapport amministrattiv, dak finanzjarju u l-pjan għas-snin li ġejjin, mill-President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, is-Sur Michael Formosa.

Kif isir kull sena inqara wkoll ir-rapport tal-awdituri esterni PKF wara li għamlu eżerċizzju ta’ verifika fuq it-transazzjonijiet finanzjarji tal-2022.

Wara kien imiss li ssir preżentazzjoni mill-Bord tal-Etika tas-Soċjetà Filarmonika La Stella dwar il-ħidma tagħhom.

Minn hawn nawguraw lill-kumitat u l-membri tal-eżekuttiv għall-sena oħra ta’ ħidma, ippakkjata b’attivitajiet u inizjattivi u nirringrazzjawhom ta’ dak kollu li għamlu għal ġid tas-Soċjetà Filarmonika La Stella matul l-2022.

DSC_0331