Join Us On:

News Archive

ESEBIZZJONI TA’ ARTI SAGRA FIT-TEATRU ASTRA CULTURAL HUB

Nhar il-Ħamis li għadda ġiet inawgurata l-esibizzjoni ‘Crux Fidelis’ ġewwa it-‘Teatru Astra Cultural Hub’ fil-preżenza ta’ l-Onor. Clint Camilleri, Ministru għal-Għawdex, l-Arċipriet tal-Bażilika ta’ San Ġorġ u l-Onor. Alex Borg.
Din l-esibizzjoni, li qed tittella’ fuq inizzjattiva tas-Sotto Kumitat tal-Armar tal-Festa ta’ San Ġorġ, tibqa’ miftuħa għall-pubbliku sa nhar il-Ġimgħa l-Kbira.
F’dawn il-jiem għeżież nistednukom tgħaddu taraw din l-esebizzjoni fejn hemm xogħoljiet ta’ artisti rinomati. L-esebiti jinkludu diversi settijiet ta’ statwi tal-passjoni f’minjatura, l-abbozz tal-statwa tal-‘Ecce Homo’ tal-Bażilika ta’ San Ġorġ ‘life size’ maħduma minn Michael u Adonai Camilleri Cauchi, bosta pitturi b”media’ differenti u oġġetti oħra relatati mal-Ġimgħa l-Kbira.