Join Us On:

News Archive

PUBLIKAZZJONI ĠDIDA MINN CARMEL ŻAMMIT

Nhar is-Sibt li għadda ġie imniedi l-ktieb ġdid bl-isem “It-Teatru Astra mal-medda tas-snin” li jiġbor fih numru ta’ tifkiriet ta’ Carmel Zammit, isem sinonimu mas-Soċjetà Filarmonika La Stella b’mod speċjali mat-Teatru Astra fejn serva u għadu jservi bla waqfien.

Is-serata bdiet b’introduzzjoni minn George P Cassar u dritt wara stieden lil Joe Borg biex jagħmel l-intervent tiegħu dwar l-analiżi tal-ktieb. Il-President Michael Formosa għamel l-intervent tiegħu ukoll biex wara stiedent lill-awtur jagħmel kelmtejn tal-okkażjoni.

Minn din il-paġna nixtiequ ngħidu prosit lil Carmel ta’ dan ix-xogħol għax permezz ta’ din il-ġabra issiġillajna memorji sbieħ tal-istorja glorjuża tat-Teatra Astra.

Minnbarra l-President Michael Formosa, għas-serata attendew ukoll l-Onor. Abigail Camilleri, is-Surmast Dr John Galea, membri tal-kumitat fostom is-Seg. Matthew Zammit, familjari, partitarji u bosta ħbieb.

Min jixtieq jixtri kopja tal-ktieb jista’ jibgħat messaġġ fuq [email protected]

Il-proġett kien parzjalment iffinanzjat taħt il-programm LEADER, imħaddan mill-Gozo Action Group, liema proġett gawda minn finanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropeja, investiment privat, kif ukoll investiment mis-Soċjetà Filarmonika La Stella stess.

(Ritratti: Joe Attard)