Join Us On:

News Archive

TITĦABBAR IL-MEWT TAS-SURMAST SUNNY GALEA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tinsab fl-luttu, fl-aħbar tat-telfa ta’ Mro Sunny Galea li serva lill-Banda Ċittadina La Stella bħala Assistent Surmast, Solista u Bandist. Il-Surmast Galea kien ukoll kompożitur tajjeb u ħalla diversi marċi popolari fosthom “Forza Ġorġjani”.

Fl-Lulju tal-2019 is-Surmast Galea, flimkien ma numru sabiħ ta’ ex-bandisti oħra li kellom ‘il fuq minn 75 sena, inħatar bandist onorarju għal għomru, skont t-termini tal-aħħar reviżjoni fl-istatut tas-Soċjetà Filarmonika La Stella. Il-Banda Ċittadina La Stella se tkun qed takkumpanja fl-aħħar vjaġġ tas-Surmast Galea, nhar il-Ħamis fis-2.45pm minn quddiem il-Każin La Stella sal-Bażilika ta’ San Ġorġ Martri fil-Belt Victoria.

Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella twassal il-kondoljanzi lill-familjari u l-ħbieb kollha.

Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Is-Surmast Galea flimkien ma ex-bandisti oħra, li xi wħud minnhom ma għadhomx magħna, fl-Lulju 2019 waqt is-serata mużiko-letterarja (Ritratt Joe Attard)