Join Us On:

News Archive

ATTIVITAJIET MARBUTA MAL-ĠIMGĦA L-KBIRA 2023

Din is-sena għandna programm mimli marbut mal-jiem qaddisa tal-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid.  Il-Banda Ċittadina La Stella għaddejja bil-preparamenti biex dawn l-attivitajiet jsiru fil-jiem li ġejjin.  Dan huwa l-programm dettaljat:

Il-Ħamis 30 ta` Marzu:
Ftuħ tal-wirja Crux Fidelis fis-sede
tas-Soċjetà Filarmonika La Stella
Dati tal-ftuħ: 30 ta` Marzu sas 7 ta` April.

Il-Ħadd 2 ta` April:
8.00pm: Programm ta` Mużika Sagra mill-Banda Ċittadina La Stella, taħt id-Direzzjoni ta’
Mro Dr. John Galea, fil-Bażilika ta` San Ġorġ.

Il-Ħamis 6 ta` April:
7.00pm: Akkumpanjament tal-eqdem purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira (pre-1788) li toħroġ mill-Bażilika ta` San Ġorġ bid-daqq ta` Marċi Funebri.

Il-Ħadd 9 ta` April:
8:45am: Akkumpanjament tad-dimostrazzjoni reliġjuża mill-Bażilika ta` San Ġorġ bil-Vara ta` Kristu Rxoxt.

Programm Gimgha Mqaddsa 2023