Join Us On:

News Archive

FESTA TA’ SAN PIETRU U SAN PAWL

Nhar il-Erbgħa 28 ta’ Ġunju 2023 il-Banda Ċittadina La Stella tkompli bis-servizzi tas-sajf tagħha billi tieħu sehem fil-marċ popolari ta’ lejlet il-festa fin-Nadur, għall-festa ta’ San Pietru u San Pawl. Matul il-marċ il-banda tagħna se ddoqq marċi festivi mir-repertorju mużikali tagħha u timmarċja madwar it-toroq ewlenin tar-raħal, flimkien mal-banda tal-post il-Banda Mnarja. Is-servizz jibda fid-9.30pm mill-pjazza tan-Nadur. Minn din il-paġna nawguraw festa mill-aqwa lin-Nadurin f’ġieħ il-patruni San Pietru u San Pawl.