Join Us On:

FESTA LITURĠIKA TA’ SAN ĠORĠ

Nhar il-Ħadd 23 ta’ April jaħbat il-Festa Liturġika ta’ San Ġorġ Martri. Fil-parroċċa tagħna se jsir it-tridu solenni li jibda nhar il-Erbgħa 19 ta’ April li din is-sena se jkun immexxi minn Mons. Joseph Zammit. Wara jkun hemm kant tal-Innu, Kurunella u Litanija u Barka Ewkaristika.

Is-Sibt 22 ta’ April se ssir il-Vġili tas-Solennità bil-Ħruġ tal-istatwa titulari ta’ San Ġorġ fil-bieb tal-Bażilika u Velja Solenni tal-Martirju ta’ San Ġorġ immexxija mill-Isqof Djoċesan fi Pjazza San Ġorġ. Il-funzjoni tibda fis-7.45pm.

Il-Ħadd, nhar il-Festa, jkollna Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Mons. Pawlu Cardona, Vigarju Episkopali. Dritt wara, għal xi l-11.30am jibda marċ mill-Banda Ċittadina La Stella minn Pjazza San Ġorġ u jimxi lejn Triq San Ġorġ fejn issir l-inawgurazzjoni tar-restawr tal-istatwa ta’ San Ġorġ tal-Ħaġar.

Filgħaxija imbagħad ikun hemm quddiesa solenni bi stedina speċjali liż-żgħażagħ, li tagħlaq il-Festa Liturġika.

Intant, il-bieraħ, 14 ta’ April 2023 saret l-ikla tradizzjonali tal-Festa Liturġika fil-Każin tal-Banda La Stella organizzata mill-Għaqda tal-Armar tas-Soċjetà tagħna. Grazzi lil dawk kollha li attendew għal din is-serata.