Join Us On:

News Archive

FESTA SAN LAWRENZ

Il-bieraħ il-Banda Ċittadina La Stella kompliet bis-servizzi tal-festi sajfin fir-raħal ċkejken ta’ San Lawrenz għall-festa titulari li ġġib l-istess isem. Il-Banda tagħna bdiet b’marċ qasir u wara laqgħet il-patrun San Lawrenz bid-daqq tal-innu l-kbir. Wara kompliet bis-servizz billi għamlet programm varjat taħt id-direzzjoni tas-Surmast Dr John Galea.

B’hekk għal dan is-sajf is-servizzi lesti kollha minbarra dak tax-Xagħra għall-festa tal-Vitorja. Matul Awwissu l-bandisti jkollom perjodu ta’ mistrieħ wara ġimgħat ta’ impenji li laħqu l-qofol tagħhom fil-festa tal-patrun tagħna San Ġorġ.