KUNĊERT TA’ MUŻIKA SAGRA
Il-bieraħ il-Banda Ċittadina La Stella tellgħet kunċert fil-Bażilika ta’ San Ġorġ il-Belt Victoria, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Dr John Galea. Il-kunċert kien wieħed b’mużika sagra, sinonima ma dawn iż-żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa. Il-Banda Ċittadina La Stella daqqet dawn il-biċċiet;
- In memoriam Alessio Camilleri – J. Vella
- Stabat Mater – K. Jenkins (solista: G. Camilleri)
- In Memoriam Paul M. Cassar – J. Galea
- Dies irae – G. Verdi
- Tifkira Dejjiema Michel Angelo Galea – J. Galea
- Parade of the Charioteers – Miklos Rosza
- Consummatum est – G. Giardini Vella
Il-kunċert kien ippreżentat min-Nutar Dr Paul George Pisani u matul is-serata is-Sur Anthony Farrugia għamel diskors tal-okkażjoni fejn tkellem mill-aspett storiku tal-Kurċifiss mirakoluż ta’ Pietru Pawl Azzoprdi li din is-sena qed jagħlaq il-175 sena.
Imiss issa s-servizz tagħna għal nhar il-Ħamis bis-sehem tal-banda waqt il-purċissjoni antika u devota li toħroġ mill-Bażilika tagħna.
Għal din is-serata attenda is-Sindku tal-Belt Victoria is-Sur Josef Schembri, il-President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella s-Sur Michael Formosa, is-Segretarju is-Sur Matthew Zammit u bosta membri oħra tal-kumitat, kif ukoll l-Arċipriet Joseph Curmi u membri tal-Kleru.
Dan il-kunċert kien possibbli bl-għajnuna tal-Ministeru għal Għawdex u d-Direttorat tal-Wirt Kulturali.
(Ritratti: Joe Attard)