Join Us On:

News Archive

FESTA SAN ĠORĠ – WASLET L-AKTAR ĠIMGĦA MPORTANTI

Wara li l-bieraħ sar il-ħruġ minn niċċa tal-istatwa titulari ta’ San Ġorġ u s-sehem tal-Banda Ċittadina La Stella u d-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ Żgħażugħ bis-sehem tal-Banda Santa Marija taż-Żebbuġ illum ikomplu l-jiem ta’festa bil-bidu tat-tridu. Segwu l-programm dettaljat f’dan il-LINK.

Xi wħud mill-appuntamenti mportanti huma dawn:

L-ERBGĦA 12 TA’ LULJU
L-EWWEL JUM TAT-TRIDU

5.30pm: L-aħħar quddiesa tal-ġurnata.
6.30pm: Kant solenni tal-Għasar mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata flimkien mal-ġemgħa liturġika,
ippresedut mill-Kan. Emanuel Buttigieg. Prietka mill-Kan. Ryan Lee Pace. Wara, Innu, Antifona
u Barka Ewkaristika mill-Kan. Geoffrey George Attard.

9.30pm: Marċ mill-Banda Ċittadina La Stella minn Triq Għajn Qatet sa Pjazza San Franġisk.
9.30pm: Marċ mill-Banda Santa Margerita (Ta’ Sannat) minn Triq l-Arċisqof Pietru Pace sa Pjazza
San Franġisk.
10.00pm: Dimostrazzjoni popolari bl-istatwa ta’ San Ġorġ fuq iż-żiemel (1987), xogħol ta’
Alfred Camilleri Cauchi, bis-sehem tal-Banda Ċittadina La Stella u l-Banda Santa Margerita,
minn Pjazza San Franġisk sa Pjazza San Ġorġ.

IL-ĦAMIS 13 TA’ LULJU
IT-TIENI JUM TAT-TRIDU

9.00am: Konċelebrazzjoni Konventwali ppreseduta minn Mons. Ġużeppi Gauci, bis-sehem tal-Kapitlu
u l-kleru tal-Bażilika, b’suffraġju tal-erwieħ tar-ragħajja spiritwali u s-saċerdoti li taw servizz fi
ħdan il-komunità parrokkjali Ġorġjana.
5.30pm: L-aħħar quddiesa tal-ġurnata.
6.30pm: Kant solenni tal-Għasar mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata flimkien mal-ġemgħa liturġika,
ippresedut mill-Kan. Richard N. Farrugia, Rettur tas-Seminarju Djoċesan tal-Qalb ta’
Ġesù. Prietka mill-Kan. Ryan Lee Pace. Wara, Innu, Antifona u Barka Ewkaristika mill-Kan.
Tonio Galea, Kappillan tal-Parroċċa tal-Wiċċ Imqaddes ta’ Ġesù, Ruma.
8.30pm: Marċ mill-Banda Santa Katerina (iż-Żurrieq) (mistiedna b’inizjattiva tal-Għaqda tal-Armar Festa San Ġorġ) minn Pjazza San Ġorġ sa Triq ir-Repubblika.
9.00pm: Marċ mill-Banda San Ġorġ (Ħal Qormi) minn Pjazza San Franġisk.
9.30pm: Dimostrazzjoni trijonfali bl-istatwa ta’ San Ġorġ, Patrun ta’ Għawdex (2008), xogħol ta’
Michael Camilleri Cauchi, bis-sehem tal-Banda San Ġorġ u l-Banda Santa Katerina, minn
Pjazza San Franġisk sa Pjazza Savina, fejn isir spettaklu awdjoviżiv sinkronizzat ma’ spettaklu
tan-nar imtella’ mill-Għaqda Żgħażagħ La Stella.


IL-ĠIMGĦA 14 TA’ LULJU
IT-TIELET JUM TAT-TRIDU

9.00am: Konċelebrazzjoni Konventwali ppreseduta minn Mons. Joseph Zammit, Vigarju Ġudizzjali
tad-Djoċesi ta’ Għawdex, bis-sehem tal-Kapitlu u l-kleru tal-Bażilika, b’suffraġju tal-membri tal-Parroċċa li ħallew din id-dinja matul is-sena li għaddiet.
5.30pm: L-aħħar quddiesa tal-ġurnata.
6.30pm: Kant solenni tal-Għasar mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata flimkien mal-ġemgħa liturġika,
ippresedut minn Mons. Feliċ Tabone, Vigarju Parrokkjali. Prietka mill-Kan. Ryan Lee Pace.
Wara, Innu, Antifona u Barka Ewkaristika mill-Kan. Simon M. Cachia, Kappillan tal-Parroċċa
tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Fontana.
9.00pm: Eżekuzzjoni fi Pjazza San Ġorġ tal-Ewwel Innu l-Kbir ta’ Għawdex Su Garzoni
(1894), versi u mużika ta’ Mons. Giuseppe Farrugia (1852-1925), mill-Banda Ċittadina La
Stella taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dr John Galea, u mill-Kor tat-Tfal tas-Soċjetà Piccole Stelle taħt
id-direzzjoni ta’ Sylvana Attard.
9.00pm: Marċ mill-Banda Ċittadina La Vallette (il-Belt Valletta) minn Triq ir-Repubblika sa Pjazza
Indipendenza.
9.00pm: Marċ mill-Banda L-Unjoni (Ħal Luqa) minn Triq ir-Repubblika sa Pjazza Indipendenza.
9.15pm: Dimostrazzjoni grandjuża bl-istatwa ta’ San Ġorġ Rebbieħ (1894), kapulavur
ta’ Vincenzo M. Cremona u l-ewwel statwa titulari għall-festi esterni f’Għawdex. Tmexxi
d-dimostrazzjoni mat-toroq ewlenin tal-Belt Victoria l-Banda Ċittadina La Stella, bis-sehem
tal-Banda Ċittadina La Vallette u tal-Banda L-Unjoni.
10.15pm: Ad Astra – Spettaklu ta’ logħob tan-nar tal-ajru li jinħaraq mill-għolja ta’ Gelmus
sinkronizzat mal-mużika fi Pjazza Savina.


IS-SIBT 15 TA’ LULJU
TMIEM IT-TRIDU MQADDES

9.00am: Konċelebrazzjoni Pontifikali ppreseduta mill-E.T. Mons. Alfred Xuereb, Nunzju
Appostoliku fil-Korea u l-Mongolja, bis-sehem tal-Kapitlu u l-kleru tal-Bażilika, li fiha jingħata wkoll
is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Fit-tmiem, kant solenni tat-Te Deum.
LEJLET IS-SOLENNITÀ
5.00pm: Quddiesa tal-Vġili tas-Solennità.
6.00pm: Marċ mill-Banda Ċittadina La Stella minn Triq ir-Repubblika sa Pjazza Indipendenza, minn fejn
takkumpanja t-Translazzjoni sa Pjazza San Ġorġ.

6.15pm: TRANSLAZZJONI SOLENNI TARRELIKWA TA’ SAN ĠORĠ MILL-KNISJA
TA’ SAN ĠAKBU SAL-BAŻILIKA URBANA U ĊELEBRAZZJONI PONTIFIKALI TALEWWEL GĦASAR TAS-SOLENNITÀ PPRESEDUTI MILL-E.T. MONS. ANTON TEUMA, ISQOF TA’ GĦAWDEX U DEKAN
TAL-KOLLEĠĠJATA LATERANENSI, ASSISTIT MILL-KAPITLU KATIDRALI U L-KAPITLU URBAN, U BIS-SEHEM TALKAVALLIERI TAL-ORDNI SAGRU, MILITARI U KOSTANTINJAN TA’ SAN ĠORĠ.

7.45pm: Barka Ewkaristika minn Mons. Ġużeppi Farrugia.
Jiġi esegwit l-Għasar Vespri per la Solennità di San Giorgio Martire (1900) għal solisti, kor a 4 voci
pari u orkestra, kompożizzjoni ta’ Mons. Giuseppe Farrugia. Jiġu esegwiti wkoll iż-żewġ antifoni
Beatus Georgius, ta’ Mro Paolo Fiammingo (pre-1890) u ta’ Mons. Giuseppe Farrugia (1897), u
t-Tantum Ergo in onore di San Giorgio Martire (1901) ta’ Mons. Giuseppe Farrugia.
8.00pm: Programm mużikali fi Pjazza San Ġorġ mill-Banda Ċittadina King’s Own (il-Belt Valletta)
taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dr John Galea.
9.00pm: Eżekuzzjoni fi Pjazza San Ġorġ tal-Innu Immortali A San Giorgio Martire (1931),
versi tal-Prof. Luigi Billion (1860-1939) u mużika ta’ Mro Giuseppe Giardini Vella (1895-
1974), mill-Banda Ċittadina La Stella taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dr John Galea, bis-sehem
tal-Kor tas-Soċjetà La Stella u l-Kor tat-Tfal tas-Soċjetà Piccole Stelle taħt id-direzzjoni ta’
Sylvana Attard.
9.15pm: Marċ singulari u kolossali bis-sehem tal-Banda Ċittadina La Stella u l-Banda Ċittadina
King’s Own, li matulu jdoqqu flimkien bħala massed band fi Triq ir-Repubblika u jintemm fi
Pjazza Savina.
12.00am: Spettaklu kbir tal-logħob tan-nar sinkronizzat mal-mużika fi Pjazza Savina.


IL-ĦADD 16 TA’ LULJU
JUM IS-SOLENNITÀ TA’ SAN ĠORĠ


8.30am: KONĊELEBRAZZJONI PONTIFIKALI PPRESEDUTA MILL-E.T. MONS. ANTON TEUMA, ISQOF
TA’ GĦAWDEX U DEKAN TAL-KOLLEĠĠJATA LATERANENSI, LI JINSEĠ UKOLL L-OMELIJA, ASSISTIT
MINN RAPPREŻENTANTI TAL-KAPITLU KATIDRALI, IL-KAPITLU U L-KLERU TAL-BAŻILIKA URBANA, U MEMBRI TAL-KLERU SEKULARI U RELIĠJUŻ.

11.00am: Marċ brijuż u popolari fiċ-ċentru tal-Belt Victoria bis-sehem tal-Banda San Ġorġ (Ħal Qormi)
u l-Banda Sant’Elena (Birkirkara), li jintemm bi spettaklu pirotekniku tal-karti sinkronizzat malmużika mtella’ mill-Għaqda Żgħażagħ La Stella fi Triq ir-Repubblika.

6.00pm: Ċelebrazzjoni Solenni tat-Tieni Għasar tas-Solennità mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata
Urbana, ippreseduta mill-Arċipriet Mons. Joseph Curmi.

7.00pm: ĦRUĠ SOLENNI TAL-ISTATWA TITULARI TA’ SAN ĠORĠ, IL-PATRUN TA’ GĦAWDEX, LI TINTLAQA’ MILL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA BL-INNU RELIĠJUŻ GEORGIUS NATUS EST (1984), VERSI TAL-KAN. JOE MEJLAK (1944-2008) U MUŻIKA TAL-PROF. JOSEPH VELLA.

7.15pm: Il-Banda Ċittadina La Stella ssellem lil San Ġorġ, il-Patrun tad-Djoċesi, bl-eżekuzzjoni
tal-Innu Immortali A San Giorgio Martire, versi tal-Prof. Luigi Billion u mużika ta’ Mro
Giuseppe Giardini Vella, bis-sehem tat-tenur Antonino Interisano (l-Italja), il-baritonu Louis
Andrew Cassar (Malta), il-Kor tas-Soċjetà La Stella u l-Kor tat-Tfal tas-Soċjetà Piccole Stelle,
taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dr John Galea. Kien dan l-innu (1931) li fl-1934 beda t-tradizzjoni
tal-innu l-kbir fil-ftuħ tal-purċissjonijiet titulari, liema tradizzjoni ġiet adottata mill-parroċċi l-oħra
kollha ta’ Għawdex.
7.30pm: PURĊISSJONI SOLENNI BLISTATWA TITULARI TA’ SAN ĠORĠ,
IPPRESEDUTA MILL-ARĊIPRIET MONS. JOSEPH CURMI, BIS-SEHEM TALKAPITLU U L-KLERU TAL-BAŻILIKA, L-ORDNIJIET RELIĠJUŻI TAL-BELT VICTORIA, IS-SEMINARISTI TAD-DJOĊESI, U L-FRATELLANZI TALPARROĊĊA. TAKKUMPANJA L-BANDA ĊITTADINA U DEKANA LA STELLA B’INNIJIET RELIĠJUŻI.

8.00pm: Marċ mill-Banda Victory (ix-Xagħra) minn Triq ir-Repubblika sa Pjazza Indipendenza,
fejn tesegwixxi programm mużikali taħt iddirezzjoni ta’ Mro Joseph Galea.
8.15pm: Marċ mill-Banda Mnarja (in-Nadur) minn Pjazza San Franġisk sa Pjazza San Ġorġ, fejn
tesegwixxi programm mużikali taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joseph Grech.
10.30pm: Dħul trijonfali tal-istatwa ta’ San Ġorġ fil-Bażilika Urbana fost il-briju u l-kant
mill-poplu Għawdxi u Malti tal-innu popolari Lill-Kbir Martri San Ġorġ (1952), versi ta’ Patri
Akkursju Xerri ofm (1915-1968) u mużika ta’ Mro Vincenzo Ciappara (1890-1979).
10.45pm: Antifona, u Barka Ewkaristika mill-Arċipriet Mons. Joseph Curmi, li bihom
jintemmu l-festi ewlenin ta’ Għawdex f’ġieħ San Ġorġ Megalomartri, sa mill-qedem il-Protettur
tal-poplu Għawdxi.

(Ritratti: Joe Attard)