JIBDEW IL-FESTI TAS-SAJF: SAN PAWL FIL-MUNXAR
Illum il-Banda Ċittadina u Dekana La Stella tibda l-impenji tagħha fil-festi tas-sajf, sewwasew fl-ewwel festa tal-istaġun, dik ta’ San Pawl ġewwa r-raħal tal-Munxar.
Is-servizz jibda fis-7pm fejn isir marċ festiv qasir dirett lejn il-pjazza ewlenija tal-Munxar. Il-Banda Ċittadina La Stella ssellem lil San Pawl mal-ħruġ tal-istatwa b’diversi innijiet popolari u l-“Innu l-Kbir ta’ San Pawl”, kompożizzjoni tal-mibki s-Surmast Joseph Vella fl-1965. Wara, l-banda tagħna tagħmel programm mużikali b’biċċiet varjati. Il-Banda se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Dr John Galea.
Il-festa t’tajba lil dawk kollha mill-Munxar u li għandhom għal qalbhom il-festa ta’ San Pawl. Viva San Pawl!