KUNĊERT MILL-ALLJIEVI TAL-BANDA U L-KOR PICCOLE STELLE
Il-bieraħ filgħaxija, fetaħ Festival Mediterranea, li issa wasal fl-għoxrin edizzjoni, bil-kunċert tal-alljievi tal-Banda Ċittadina La Stella u l-Kor Piccole Stelle “Showcasing tomorrow’s performers”. Is-serata, li saret fit-Teatru Astra Cultural Hub, rat jieħdu sehem l-istudenti tal-iskola tal-Mużika tagħna bis-sehem tal-Kor Piccole Stelle.
Grazzi u prosit lill-għalliema tal-banda tagħna, George Camilleri, Michael Bonanno u Courtney Caruana u lil Sylvana Attard għat-tagħlim lill-Kor Piccole Stelle.
Matul is-serata kellna wkoll il-parteċipazzjoni tal-pjanista Francis Camilleri li akkumpanja l-biċċiet mużikali.
Għas-serata attendew il-membri tal-kumitat tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, is-Surmast Direttur Dr John Galea u bosta ġenituri u ħbieb li imlew il-foyer tat-teatru. Il-kunċert kien ippreżentat minn George P Cassar.
Intant jekk hemm xi ġenituri li jixtiequ li uliedom jitgħallmu xi strument jistgħu jagħmlu kuntatt ma xi ħadd mill-membri tal-kumitat biex isiru l-arranġamenti kollha.
Il-programm tas-serata tal-bieraħ kien dan li ġej:
Ensemble and Piccole Stelle Choir: Beauty and The Beast by Alan Menken. Arranged by M. Sweeney
WoodWind Section Solos:
§ Talitha Buttigieg – Clarinet – Gypsy Life by V. Monti
§ Giuseppe Buttigieg – Clarinet- Lament by Bela Bartok
§ Jurgen Bugeja – Clarinet – Waltzin lil the Pterodactyl by Colin Cowles
§ Kristen Grima – Clarinet – Edelwiess by Richard Rodgers – from Musical Sound of Music
§ Justin Cauchi – Clarinet – Cha Cha Chart by Mike Mower
§ Luca Galea – Saxophone – Le Peit Chien by Mike Mower
§ Luke Spiteri – Saxophone – ‘Evasion’ by Michel Meriot
§ Karmeen Cutajar – Clarinet – Il Mio Tesoro by W.A. Mozart
§ Paul Cassar – Clarinet – Lotus Talk by Colin Evans
§ Kurt Vella – Clarinet- ‘Burlesque’ by Movement 4 from Four short pieces by Ferguson.
§ Giulia Grech – Flute, Matthias Zammit – Saxophone, Ensemble members.
Piccole Stelle Choir – We are the World by Michael Jackson
Brass Section Solos:
§ Jurgen Mercieca – Trombone – My Lady’s Pavan by Philip Sparke and Wade in the Water, African American Spiritual arr. by Lucy Pankhurst.
§ Jerome Vella – French Horn – The March of the Women- Ethel Smyth arr. by John Frith and On a Southern Balcony – Theodora Dutton arr. by John Frith.
§ Eman Camilleri – Baritone Horn – Hangin’ with Monti by Tom Davoren.
§ Joseph Attard – Trumpet – Les Matadors: from Minuets,Cotillons and Country Dance arr.John Frith and Xiao Baicai, Traditional Japense arr.John Frith
§ Keith Vella – Trombone – Eastenders by Osborne/May and A walk in the Rain by David A.Stowell
Ensemble and Piccole Stelle Choir – Tina Turner : Simply the Best. Arr.By Jan van Kraeydonck