Join Us On:

News Archive

IL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA FIL-FESTA TA’ DON BOSCO

Għadu kif ġie fi tmiemu s-servizz tal-Banda Ċittadina La Stella fil-festa ta’ Don Bosco, li jimmarka l-ewwel impenn tal-banda għas-sena 2023.  Is-servizz beda b’marċ minn Triq Vajrinġa sa Pjazza Sant’Wistin fejn il-banda daqqet numru ta’ marċi mir-repertorju tal-briju.  Mal-ħarġa  tal-istatwa ta’ Don Bosco il-banda daqqet l-innu Ulied Għawdex u wara kompliet timxi mal-purċissjoni madwar il-Belt Victoria bl-esekuzzjoni ta’ diversi innijiet reliġjużi.

Minn din il-paġna nixtiequ nifirħu lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-festa ta’ Don Bosco u s-Sależjani mxerrda mad-dinja kollha.

325417895_731324485007978_7925695719480177416_n

327209739_739419737425420_5047179394492936610_n