Join Us On:

News Archive

WASLET IL-FESTA TAL-KUNĊIZZJONI!

Il-Banda Ċittadina La Stella, illum tagħti bidu għas-servizzi tagħha fil-festa maħbuba u mistennija tal-Immakulta Kunċizzjoni fil-Belt Victoria. Illum fit-8.30pm il-Banda tibda l-ewwel servizz tagħha f’din il-festa minn ħdejn iċ-Ċentru Franġiskan fejn ikompli miexi jakkumpanja l-istatwa tal-Immakulata madwar it-toroq tal-madwar fid-dimostrazzjoni ta’ lejliet il-festa. Is-servizz jintemm fi Pjazza San Franġisk fejn tittella fuq il-pedestall l-istatwa ta’ Marija Immakulata fost il-kant tal-innu marċ u l-Ave Maria.

Għada, imbagħad il-Banda La Stella tibda s-servizz b’marċ qasir fil-5pm u wara tilqa lill-istatwa ta’ Marija Immakulta, xogħol l-istatwarju Salvatore Psaila, waqt il-ħruġ mill-Knisja ta’ San Franġisk, fejn jindaqq l-innu taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dr John Galea. Wara l-Banda Ċittadina La Stella takkumpanja waqt il-purċissjoni bid-daqq ta’ diversi innijiet reliġjużi mir-repertorju mużikali tagħha.

Minn din il-paġna nixtiequ nwasslu l-isbaħ xewqat lill-Ordni Franġiskana u lill-kommunità ta’ wara San Franġisk u l-dawk kollha li għandhom għal qalbhom din il-festa għażiża.

Nisperaw li t-temp jippermetti li kollox isir kif ippjanat ħalli ssir festa kif tixraq lil Marija Ommna.

Viva l-Immakulata Kunċizzjoni!