Join Us On:

News Archive

FESTA SANTA MARGERITA TA’ SANNAT – MARĊ U PROGRAMM

Illejla l-Banda Ċittadina La Stella imiss li tieħu sehem fil-festa ta’ Santa Margerita ġewwa Sannat. Sannat ukoll għandu rabtiet speċjali mas-Soċjetà Filarmonika La Stella li jmorru bosta snin lura. Il-Banda Santa Margerita tiehu sehem kull sena fil-festa tagħna fil-marċ popolari ta’ San Ġorġ taż-Żiemel.

Is-servizz tal-lejla jibda fis-7pm b’marċ qasir. Wara li toħroġ l-istatwa ta’ Santa Margerita u jindaqq l-innu mill-Banda Santa Margerita, il-Banda Ċittadina La Stella ssib postha fuq il-planċier fejn tesegwixxi programm ta’ mużika varjata mill-repertorju tagħha. Il-banda se tkun taħt it-tmexxija tas-Surmast direttur Dr John Galea.

Minn din il-paġna nawguraw il-festa t’tajba lis-Sannat kollha!