Join Us On:

News Archive

IL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA FIL-FESTA TAX-XAGĦRA

Nhar il-Ħamis, 7 ta’ Settembru, il-Banda Ċittadina La Stella se tagħmel l-aħħar servizz għall-festi tas-sajf ta’ din is-sena, fil-festa popolari tax-Xagħra għall-festa ta’ Marija Bambina, jew kif magħrufa l-Vitorja.

Is-servizz jibda fid-9.30pm minn quddiem il-każin tal-Banda Victory tax-Xagħra fejn mal-istess Banda Victory nagħmlu l-marċ brijuż u popolari ta’ lejlet il-festa.

Din is-sena fix-Xagħra qed isiru festi speċjali li jfakkru l-50 sena mill-inkurunazzjoni tal-istatwa titulari ta’ Marija Bambina kif ukoll il-125 sena mit-twaqqif tas-Soċjeta Filarmonika Victory. Minn din il-paġna nawguraw lix-Xagħrin il-festa t’ tajba!