Join Us On:

News Archive

DAQT TIBDA N-NOVENA TA’SAN ĠORĠ

Nhar is-Sibt 30 ta’ Ġunju tibda n-novena ta’ San Ġorġ fil-Bażilika tagħna. L-appuntament se jkun għall-quddiesa tas-7pm u hija miftuħa għal kulħadd.  Dan huwa mument importanti fil-preparazzjoni tagħna għall-festa.  Għalhekk inħeġġu l-partitarji u parruċċani biex ma jonqsux milli jattendu għal…

Continue reading

FESTA TAL-QALB IMQADDSA TA’ ĠESU FIL-FONTANA

Dan il-weekend il-Banda Ċittadina La Stella hija impenjata fil-festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu, lokalità ċkejkna b’rabtiet speċjali mal-banda tagħna sa minn ħafna snin ilu.  Il-Banda Ċittadina La Stella tibda bis-servizzi tagħha llejla b’marċ minn Triq ta’ Mulejja u jispiċċa quddiem…

Continue reading

MAFKAR F’ĠIEĦ MRO GIUSEPPE GIARDINI VELLA

Il-Kunsill tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex il-bieraħ inawgura mafkar tas-Surmast Giuseppe Giardini Vella (1885-1974) fil-Villa Rundle. Għal din l-okkażjoni kienu mistednin diversi personalitajiet distinti fostom il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Justyne Caruana, il-President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella is-Sur Paul M…

Continue reading

ROCKASTRA 2018 – SUĊĊESS IEĦOR KBIR !

Il-bieraħ filgħaxija saret il-ħames edizjoni tal-kunċert RockAstra mill-Banda Ċittadina La Stella, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Sigmund Mifsud.  L-attendenza numeruża fit-Triq ir-Repubblika titkellem waħedha dwar is-suċċess miksub għal darba oħra mill-Banda Ċittadina La Stella, l-kantanti, s-Surmast Mifsud u dawk kollha nvoluti fl-organizzazzjoni…

Continue reading

ROCKASTRA 2018 – SPETTAKLU MUŻIKALI

RockAstra, wieħed mill-attivitajiet ewlenin tal-kalendarju mużikali ta’ Għawdex, se jirritorna nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Ġunju. Dan l-avveniment huwa organizzat mis-Soċjetà Filarmonika La Stella bis-sehem tal-Banda Cittadina La Stella taħt it-tmexxija tas-Surmast  Sigmund Mifsud. RockAstra ta’ din is-sena ser jkollha s-sehem…

Continue reading

IL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA FIL-MUNXAR

Illejla bdew is-servizzi tal-Banda Ċittadina La Stella fil-festi tas-sajf, sewwasew fil-festa ta’ San Pawl fil-Munxar.  Kif ġie imsemmi kemm il-darba, ir-raħal ċkejken tal-Munxar għandu rbit mill-qrib ħafna mal-Banda tagħna u għalhekk ikun ta’pjaċir kbir li nieħdu sehem f’din il-festa. Is-servizz…

Continue reading

ANIMU ĠDID GĦALL-GRUPP FOLKLORISTIKU ASTRA

Nemmen li l-folk hija tradizzjoni ħajja u tagħti sinifikat lilna bħala individwi fil-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minnha. Il-grupp folkloristiku jwassal lis-soċjeta’ narrattiva tal-istorja ta’ art twelidna, ta’ ġensna, tad-drawwiet kulturali u bħalma jgerrbu l-jiem ix-xhur u s-snin; jiddependi…

Continue reading

FESTA LITURĠIKA TA’ SAN ĠORĠ

Hekk kif jibda April nibew naħsbu għall-Festa Liturġika ta’ San Ġorġ.  Il-parroċċa tagħna ħarġet bil-programm tal-attivitajiet kollha konnessi ma’ din il-festa għażiża għalina l-Ġorġjani.  Għalhekk qed nirriproduċu l-programm għal dawk li forsi għadom ma rawħx . Marbuta mal-programm se ssir…

Continue reading

IKLA B’RISQ IL-FESTA

Hekk kif fl-aħħar ġimgħa ttellgħet b’ suċċess l-aħħar rappreżentazzjoni tal-musical Jesus Christ Superstar, issa l-attenzjoni prinċipali tagħna ddur fuq il-Festa titulari ta’ San Ġorġ Martri ċċelebrata ta’ kull sena fit-tielet Ħadd ta’ Lulju. L-Għaqda Żgħażagħ La Stella, mutur ewlieni fl-organizzazzjoni…

Continue reading

BDIET IL-ĠIMGĦA MQADDSA

Il-bieraħ fakkarna Ħadd il-Palm u għalhekk tajna bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa, l-aktar ġimgħa importanti fil-kalendarju Liturġiku tal-Knisja. Nfakkru li llejla jsir il-pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ Ġesu Redentur mill-Knisja ta’ San Franġisk għall-Bażilika ta’ San Ġorġ.   L-Erbgħa jkollna l-Via Crucis u naturalment il-Ħamis…

Continue reading

NIFIRĦU MAL-E.T. MONSINJUR ALFRED XUEREB

Illum, 19 ta’ Marzu 2018 huwa jum importanti għall-E.T. Mons. Alfred Xuereb u għall-Belt Victoria u l-parroċċa ta’ San Ġorġ Martri, fejn ser jirċievi l-konsagrazzjoni episkopali minn idejn il-Q.T. il-Papa Franġisku fil-Bażilika ta’ San Pietru, il-Vatikan. Mons. Xuereb inħatar  Nunzju…

Continue reading

TISLIMA XIERQA LIS-SURMAST JOSEPH VELLA

Il-bieraħ, 3 ta’ Marzu 2018 ingħatat l-aħħar tislima lis-Surmast Joseph Vella, bin il-Belt Victoria, kompożitur u direttur tal-Banda Ċittadina La Stella għal dawn l-aħħar 48 sena. Il-korteo funebri beda fis-2pm minn Triq ir-Repubblika bis-sehem tal-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat Malta, fejn…

Continue reading

IHALLINA L-PROF JOSEPH VELLA

Is-Soċjeta Filarmonika La Stella tinsab taħt xokk kbir hekk kif tħabbret il-mewt tal-Professur Joseph Vella. Sa anqas minn 24 siegħa ilu kien magħna jiddirieġi l-Banda waqt ir-recording tac-CD l-ġdid tal-marċi funebri, li naturalment se jkun jinkludi wkoll kompożizzjonijiet tiegħu stess.…

Continue reading

JESUS CHRIST SUPER STAR FIT-TEATRU ASTRA DALWAQT

Il-preparamenti għall-musical Jesus Christ Super Star fit-Teatru Astra għaddejjin ġmielom hekk kif issa dħalna f’fażi ġdida tar-rehearsals u l-loġistika.  Ftit tal-ġimgħat ilu ħabbarna li r-rappreżentazzjoni tal-24 ta’ Marzu 2018 hija fully-booked u l-ġranet l-oħra, jiġifieri l-Ħadd 25 ta’ Marzu u…

Continue reading

KUMITAT ĠENERALI

Wara li l bieraħ saret laqgħa ġenerali straodrinarja għall-Banda, ġie iffurmat mill-ġdid il-Kumitat Ġenerali tas-Soċjetà Filarmonika La Stella għas-sena 2018. Fil-ġranet li ġejjin tissokta l-ħidma fi ħdan is-Soċjetà, partikularment fil-qasam tal-Banda Ċittadina La Stella li tinsab impenjata bil-preparamenti għar-recording tal-marċijiet…

Continue reading

KUMITAT ĠENERALI ĠDID GĦAS-SENA 2018

Wara li saret il-laqgħa Ġenerali Annwali tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, nhar is-Sibt 27 ta’ Jannar 2018, illum inħatar il-kumitat il-ġdid wara elezzjoni li saret u li fiha ġew eletti s-segwenti: Ballucci Charles Borg James L Buhagiar Joseph Cassar George P…

Continue reading

HAPPY 50TH BIRTHDAY TEATRU ASTRA !

Teatru Astra is celebrating the 50th anniversary since its official inauguration as the prime cultural complex on the island on January 20, 1968. The high expectations have not only been met along the years, with the spacious Astra boards offering…

Continue reading

DESK DIARY 2018

Bħal ma’ ġara fis-snin ta’ qabel is-Soċjetà Filarmonika La Stella ħejjiet Desk Diary mimli nformazzjoni għas-sena 2018.   Ħajr speċjali jmur lis-Sur Dolindo Cassar li ħa ħsieb din il-biċċa xogħol mhux faċli.  Grazzi wkoll lil dawk n-negozji u entitajiet li rreklamaw…

Continue reading

PRESEPJU GĦAWDXI B’DIFFERENZA 2017

L-Għaqda Żgħażagħ La Stella, sottokumitat fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika La Stella, qed tippreżenta presepju oriġinali, differenti minn dak tradizzjonali li aħna mdorrijin naraw. Din hi r-raba’ sena konsekuttiva li dan il-presepju ta’ din ix-xorta qed jiġi esebit. Dan il-presepju huwa…

Continue reading

L-ASTRA FOLK GROUP

Il-Kumitat Ġenerali jagħraf l-ASTRA Folk Group Gozo bħala kompost minn din il-lista ta’ persuni t’ hawn taħt.  Il-Kumitat jixtieq jsellem lil dawn il-membri għad-dedikazzjoni tagħhom, u fuq kollox jħossu obbligat lejn Maria Portelli, Maria Schembri u George Sacco illi b’…

Continue reading

IN-NOVENA TAL-MILIED ĠEWWA SAN ĠORĠ

Nhar il-Ġimgħa bdiet in-novena tal-Milied ġewwa l-Bażilika ta’ San Ġorġ.  Hija ħaġa sabiħa li f’dan iż-żmien tal-Avvent naħtfu din l-opportunità u nattendu għan-novena biex permezz tagħha nidħlu fl-ispirtu veru tal-Milied. In-novena qed tkun immexxija mill-Arċipriet Mons. Joseph Curmi, assistit fl-animazzjoni…

Continue reading

FESTI SOLENNI F’ĠIEĦ L-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI

Hekk kif jibda x-xahar ta’ Diċembru ħarsitna tmur fuq l-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni ġewwa l-Belt Victoria, li tiġi ċċelebrata fil-Knisja ta’ San Franġisk t’ Assisi.  Il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni minn dejjem kellha rabtiet qrib mas-Soċjetà Filarmonika La Stella, fejn ta’ kull sena…

Continue reading

IĦALLINA CARMELO (NENU) GRECH

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tinsab imnikkta bl-aħbar tat-telfa ta’ Nenu Grech membru attiv fi ħdanha, speċjalment fil-Banda Ċittadina La Stella fejn huwa jimmarċja bl-istendard u anke jakkumpanja il-katuba.  Il-preżenza u d-dedikazzjoni ta’ Nenu kienet u hi  ta’ eżempju għal ħafna. …

Continue reading

KUNĊERT MIS-SOLISTI TAL-BANDA LA STELLA

Wieħed mill-aktar avvenimenti importanti  f’Festival Mediterranea kien il-kunċert tas-solisti tal-Banda Ċittadina La Stella, li din is-sena sar fil-Kempinski San Lawrenz Hotel, nhar il-Ġimgħa 27ta’ Ottubru 2017.  Is-solisti li ħadu sehem kienu Mario Galea fuq il-klarinett, Robert Buttigieg fuq it-trumpet u…

Continue reading

IL-PROGRAMM ANNWALI TAL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA

Il-bieraħ filgħaxija wasal fi tmiemu Festival Mediterranea bil-programm annwali mill-Banda Ċittadina La Stella.  Il-banda kienet taħt it-temxxija tas-surmast il-Prof Joseph Vella.  Is-serata kienet ippreżentata minn Ms Lorna Tabone. Matul il-programm il-Banda La Stella daqqet diversi biċċiet varjati mir-repertorju mużikali tagħha. …

Continue reading

SOĊJI 2018 u FRIENDS OF TEATRU ASTRA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella għada kif nediet l-iskema tas-soċji hekk kif fis-sena l-ġdida ser nkunu qegħdin niċċelebraw l-anniversarju tad-deheb tat-Teatru Astra, minn meta ġie inawgurat f’ Jannar tal-1968. Jekk tissieħeb bħala membru fis- Soċjetà Filarmonika La Stella, awtomatikament ser tigi…

Continue reading

UN BRIVIDO MI CORSE PER LE VENE!

Un brivido mi corse per le vene !  huwa vers mill-lirika li tkanta Lucia fl-ewwel att tal-opra Lucia di Lammermoor.  Minkejja li Lucia tkanta dan il-vers f’kuntest totalment differenti, ninsabu ċerti li ħafna minn dawk preżenti f’xi waħda mir-rappreżentazzjonijiet, għexu…

Continue reading

LUCIA DI LAMMERMOOR TA’ GAETANO DONIZETTI

Fit-Teatru Astra l-bieraħ saret l-ewwel rappreżentazzjoni ta’ Lucia di Lammermoor ta’ Gaetano Donizetti.  L-opra kienet imqassma f’żewġ atti fuq librett ta’ Salvadore Cammaranno. Id-direzzjoni tal-mużika kienet f’idejn il-Prof Joseph Vella filwaqt li dik artistika kienet ta’ Enrico Stinchelli. Prosit tassew…

Continue reading

1 6 7 8 9 10 37