Join Us On:

News Archive

DAQT TIBDA N-NOVENA TA’SAN ĠORĠ

Nhar is-Sibt 30 ta’ Ġunju tibda n-novena ta’ San Ġorġ fil-Bażilika tagħna. L-appuntament se jkun għall-quddiesa tas-7pm u hija miftuħa għal kulħadd.  Dan huwa mument importanti fil-preparazzjoni tagħna għall-festa.  Għalhekk inħeġġu l-partitarji u parruċċani biex ma jonqsux milli jattendu għal dawn il-jiem ta’ tħejjija biex niċċelebraw bl-aħjar mod il-paturn tagħna San Ġorġ Martri.

Intant il-bażilika tagħna qed tkompli tintrama u f’dawn il-jiem tlesta wkoll id-dawl tal-faċċata.  Komplu segwu dan is-sit elettroniku għal aktar informazzjoni u l-programm tal-festa.

novena 2018