Join Us On:

News Archive

PROĠETT TA’ ARKIVJU PROFESSJONALI FIT-TEATRU ASTRA

It-Teatru Astra qiegħed fi  stadju avvanzat ta’ ġbir u organizzar professjonali tal-arkivju tiegħu; proġett li mhux biss sostna u ppreserva dak kollu li jagħmel lit-Teatru Astra teatru ta’ eċċellenza u prestiġju liema bħalu, imma wkoll xeħet dawl fuq ġrajjiet li matul dawn l-aħħar ħamsin sena laħqu ntesew jew ġew oskuri minn argumenti diversi.  Minkejja li matul il-mogħdija taż-żmien, it-tmexxija dejjem ħadet ħsieb li tiġbor dak kollu li huwa relevanti għall-memorja kollettiva ta’ dan it-teatru, żgur li fadal diversi elementi kruċjali li huma nieqsa minn dinil-kollezzjoni.

Scan10058 - Copy (2)

Huwa għalhekk li s-Soċjetà Filarmonika La Stella, li fi ħdanha għandha t-tmexxija tat-Teatru Astra, qiegħda tagħmel sejħa ġenerali għal donazzjonijiet jew kopji ta’ kwalunkwe xorta ta’ dokumenti, ritratti, biljetti, kotba, u affarijiet oħra li b’xi mod jew ieħor għandhom x’jaqsmu mat-Teatru. Kwalunkwe donazzjoni tiġi kkreditata  l-katalogu ta’ dan l-arkivju (l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f ’Malta), kif ukoll f ’pubblikazzjonijiet u wirjiet li s-Socjeta’ Filarmonika La Stella se tkun qiegħda tagħmel  l-futur qarib.

Din l-inizjattiva kienet sostnuta bl-iskema “Ministry for Gozo NGO Assistance Scheme”
programm ta’ finanzjament għall-Organizzazzjonijiet Volontarji f’Għawdex

 

 Ministry for Gozo latestvisit gozo