Join Us On:

News Archive

DELEGAZZJONI TALJANA ŻŻURNA F’DARNA

Nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Ġunju, festa ta’ San Pietru u San Pawl, il-kumitat tas-Soċjetà laqgħa fi ħdanu delegazzjoni Taljana mill-‘Comune di Nichelino’ provinċja ta’ Turin fl-Italja. L-avukat Joseph Grech, President tas-Soċjetà La Stella flimkien ma’ diversi uffiċċjali tal-kumitat taw merħba…

Continue reading

EJJEW NAGĦMLU FESTA!!

Fi ftit jiem oħra nagħtu bidu għall-festi kbar li ta’ kull sena niċċelebraw f’gieħ San Ġorġ Martri. L-entużjażmu Ġorġjan diġà jinħass sewwa u dan jixhduh saħansitra l-pjazez u t-triqat ewlenin ta’ din il-belt bit-tiżjin ta’ l-armar li diġà beda jsebbaħhom…

Continue reading

IKOMPLI L-VICTORIA INTERNATIONAL ARTS FESTIVAL

Hekk kif jitgerrbu l-jiem sħan tas-sajf kemmxejn qalil tagħna, jibqa’ għaddej il-Victoria International Arts Festival 2007, edizzjoni speċjali li qiegħed ifakkar l-għaxar anniversarju mill-fundazzjoni tiegħu, festival li mhux bhal festivals oħra, ġie sabiex jibqa’, festival li fi ħdanu qegħdin naraw…

Continue reading

IL-BANDA ĊITTADINA ‘LA STELLA’ FIX-XEWKIJA

Nhar il-Ħamis li għadda, 21 ta’ Ġunju, il-banda “La Stella” ġiet mistiedna biex tagħmel marċ brijuż fit-toroq tar-raħal tax-Xewkija, fejn hemm ġiet iċċelebrata l-festa ad unur San Ġwann il-Battista. Din kienet l-ewwel darba li l-Banda Ċittadina “La Stella” ħadet sehem…

Continue reading

KUNĊERT MIL-“LA STELLA YOUTH ENSEMBLE”

Nhar it-Tnejn 18 ta’ Ġunju, tmien bandisti żgħażagħ ħadu sehem fil-Victoria International Arts Festival. Dawn il-bandisti ngħataw opportunità oħra sabiex juru l-kapaċità individwali tagħhom fuq l-istrument, kif ukoll biex idoqqu f’ensemble. Din kienet ir-raba’ sena konsekuttiva li fiha ħadet sehem…

Continue reading

IKOMPLI L-VICTORIA INTERNATIONAL ARTS FESTIVAL

Nhar is-Sibt 16 ta’ Ġunju l-Awla Mgr. Ġużeppi Farrugia li tifforma parti miċ-ċentru parrokkjali u kulturali fi ħdan il-Bażilika Ġorġjana laqgħet fiha għall-ewwel darba f’Għawdex kor Ġappuniż, ‘PRIMAVERA’. Minn ħafna qabel li beda dan il-kunċert korali kien jixhed li kien…

Continue reading

SPETTAKLU KBIR FI PJAZZA SAN ĠORĠ

Nhar il-Ħamis 14 ta’ Ġunju 2007 tela’ mill-ġdid is-separju kulturali fuq l-ewwel attività artistika fi ħdan l-għaxar edizzjoni tal-Victoria International Arts Festival. Din is-sena, kif diġà semmejna jumejn ilu, qegħdin jiġu mtella’ sensiela ta’ kunċerti li jkopru kull aspett mużikali…

Continue reading

JIBDA L-VICTORIA INTERNATIONAL ARTS FESTIVAL

Il-bieraħ ingħata bidu għall-10 edizzjoni tal-Victoria International Arts Festival – festival ta’ mużika li ta’ kull sena jiġbed lejn il-gżira Għawdxija l-aqwa esponenti tal-mużika Maltija kif ukoll mużiċisti u korijiet mill-aqwa minn diversi pajjiżi Ewropej…festival li jiftaħ uffiċjalment il-festi ad…

Continue reading

L-ITTRA MIBGĦUTA LIS-SINDKU TAL-BELT VICTORIA

Wara l-istqarrija uffiċjali maħruġa mis-Soċjetà Filarmonika ‘La Stella’, li dehret nhar il-Ħadd 10 ta’ Ġunju 2007, illum, għall-benefiċċju ta’ dawk kollha li jżuru dan is-sit, qed nippubblikaw ukoll l-ittra li ntbagħtet lis-Sindku tal-belt Victoria, is-Sur Robert Tabone, mis-Soċjetà tagħna, wara…

Continue reading

IL-BANDA LA STELLA TOĦROĠ BL-UNURI

Nhar is-Sibt 9 ta’ Ġunju, il-banda ‘La Stella’ ġiet mistiedna biex ittella’ programm mużikali fi Pjazza Indipendenza flimkien mal-banda l-oħra tal-belt fl-okkażjoni ta’ Jum il-belt Victoria. F’dan il-programm kif ħabbarna fil-jiem li għaddew il-banda għażlet li ddoqq tliet siltiet mill-aqwa,…

Continue reading

STQARRIJA MIS-SOĊ. FILAR. LA STELLA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tal-Belt Victoria f’Għawdex tixtieq turi d-dispjaċir tagħha li okkażjoni li kellha tkun manifestazzjoni ta’ għaqda ċivika fil-Belt Victoria sfat mħassra mill-aġir irresponsabbli tas-Soċjetà Filarmonika Leone meta b’manifestazzjonijiet partiġġjani, kissru arranġamenti pre-stabbiliti mill-Kunsill Lokali flimkien maż-żewġ soċjetajiet.…

Continue reading

JUM IL-BELT VICTORIA

Illum, is-Sibt 9 ta’ Ġunju, f’beltna qed niċċelebraw “Jum il-Belt Victoria” – jum speċjali u uniku li fih ser ilaqqa’ wara tnejn u għoxrin sena liż-żewġ baned ta’ din il-belt għal Programm mużikali wieħed ġewwa Pjazza Indipendenza. Dan il-Programm qed…

Continue reading

ĠIMGĦA TA’ IMPENJI GĦALL-BANDA LA STELLA

F’dawn l-erbat ijiem li ġejjin, il-banda tagħna ser tkun impenjata kuljum. Bejn illum u għada ser isiru l-aħħar żewġ kunċerti bi preparazzjoni għall-Programm Mużikali li ser jittella’ nhar is-Sibt li ġej fit-8.00pm ġewwa Pjazza Indipendenza, u għar-rekording tal-marċi tal-festa li…

Continue reading

IL-BANDA “LA STELLA” F’JUM IL-BELT VICTORIA

Fl-okkażjoni ta’ “Jum il-Belt Victoria”, kif diġà ħabbarna fil-ġimgħat li għaddew, il-Baned tal-belt Victoria ġew mistiedna jtellgħu Programm Mużikali fi Pjazza Indipendenza nhar is-Sibt 9 ta’ Ġunju, 2007 fit-8.00pm. F’dan il-programm kull banda ser iddoqq tliet siltiet mużikali. Barra dawn…

Continue reading

“Meta Jintefa d-Dawl” fit-Teatru Astra

Envy… Greed… Inheritance… Murder… These elements are at the core of the drama “Meta Jintefa d-Dawl”, and combined together reveal the dark side of human nature. This drama, set in England, portrays the anguish and rivalry among siblings brought about…

Continue reading

JIFTAĦ L-ISTAĠUN TAL-FESTI

Il-bieraħ, fir-raħal ċkejken tal-Munxar, ġiet iċċelebrata l-festa f’ġieh San Pawl. Dan ir-raħal għandu rabtiet speċjali mas-Soċjetà tagħna. Ir-rabta tagħna ma’ dan ir-raħal kompliet tikber issa li bħala kappillan insibu wild il-Parroċċa ta’ San Ġorġ, il-Kan. Tonio Galea, saċerdot żgħażugħ, li…

Continue reading

PREMJU INTERNAZZJONALI GĦAS-SURMAST JOSEPH VELLA

Ftit tal-ġimgħat ilu, is-Surmast Direttur tal-Banda Ċittadina ‘La Stella’, il-Prof. Joseph Vella, irċieva ‘Premio alla Carriera’ mir-Regione di Trapani u Citta’ del Mazzara del Vallo. Dan il-premju internazzjonali ngħata lis-surmast Vella bħala rikonoxximent għall-kontribut kbir tiegħu fil-qasam mużikali f’pajjiżna u…

Continue reading

IL-BELT VICTORIA TINBIDEL F’BELT MAĠIKA

“Lejlet Lapsi – Notte Gozitana”, bla dubju kienet suċċess kbir. Tul it-tlitt ijiem li għaddew, il-belt Victoria kienet miżgħuda b’Għawdxin, Maltin u turisti li ġew biex igawdu jiem b’differenza f’din il-belt. Kollox kien organizzat tajjeb, u l-attivitajiet imtella’ kienu jappellaw…

Continue reading

TIBDA L-PREPARAZZJONI GĦALL-PROGRAMM TAD-9 TA’ ĠUNJU

Nhar is-Sibt 9 ta’ Ġunju, 2007, fil-belt Victoria ser jiġi ċċelebrat JUM IL-BELT VICTORIA. Għal din l-okkażjoni ż-żewġ baned ċittadini ġew mistiedna biex itellgħu programm mużikali fi Pjazza Indipendenza. Fi tmiem il-ġimgħa, il-banda ‘La Stella’ bdiet il-preparazzjoni tagħha għal dan…

Continue reading

“LEJL IMDAWWAL BIT-TORĊ” FIT-TEATRU ASTRA

Bħala parti minn “Lejlet Lapsi – Notte Gozitana” organizzata mill-Ministeru għal Għawdex flimkien mal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, nhar is-Sibt 19 ta’ Mejju 2007, ġewwa t-Teatru Astra ser jittella’ l-ispettaklu bl-isem “Lejl Imdawwal bit-Torċ” – spettaklu mtella’ mill-kumpanija ferm popolari Zoo…

Continue reading

PROGRAMM MUŻIKALI IEĦOR MILL-BANDA ‘LA STELLA’

Fl-okkażjoni tat-tielet anniversarju mid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, il-banda ċittadina ‘La Stella’, fuq stedina tal-Kunsill tal-Kultura (Ministeru għal Għawdex) għamlet marċ u programm mużikali fil-belt Victoria. Ta’ min isemmi li dan kien it-tieni Programm imtella’ mill-banda tal-belt Victoria fi żmien…

Continue reading

SUĊĊESS GĦALL-BANDISTI ŻGĦAŻAGĦ TAGĦNA

Nhar is-Sibt 28 t’April, bandisti żgħażagħ tal-banda ‘La Stella’ tellgħu kunċert ta’ mużika jazz ġewwa l-Aula Mons. G. Farrugia, fil-bażilika ta’ San Ġorġ. Kien kunċert ta’ livell għoli ħafna, imfaħħar minn dawk kollha li attendew. Fost l-udjenza wieħed seta’ jinnota…

Continue reading

SAN ĠORĠ – IL-FESTA T’GĦAWDEX

Il-Belt Victoria kompliet biċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi tal-festa l-kbira ta’ l-Għawdxin, il-festa ta’ San Ġorġ, festa li tiġbed lejha eluf ta’ Rabtin kif ukoll mijiet li jiġu jingħaqdu magħna minn kull raħal f’Għawdex, u anke bosta emigranti. Jum it-Tnejn 23 ta’ April…

Continue reading

KUNĊERT TA’ MUŻIKA JAZZ MILL-ALJIEVI TAL-BANDA

Nhar is-Sibt 28 ta’ April, 2007, ser jittella’ kunċert ieħor mill-aljievi tal-banda tagħna. Din id-darba l-istil ta’ mużika magħżula ser tkun dik Jazz, b’siltiet ferm popolari mis-snin għoxrin u tletin. F’dan il-kunċert ser jieħdu sehem erba’ aljievi li huma Francis…

Continue reading

IL-BANDA LA STELLA TICCELEBRA JUM SAN GORG

Il-Banda Ċittadina ‘La Stella’ tinsab għaddejja bi preparazzjonjiet sabiex jittella’ kunċert bandistiku f’jum San Ġorġ, nhar it-Tnejn 23 ta’ April 2007. Dan il-kunċert ser jinżamm sabiex jitfakkru żewġ ġrajjiet importanti, il-jum tal-20 ta’ April 1882 meta l-istess Banda ‘La Stella’…

Continue reading

FRENETIC…THE DANCE SHOW

Fit-Teatru Astra jkompli l-istaġun teatrali, din id-darba bi spettaklu ta’ żfin liema bħalu mtella’ mill-kumpanija taz-żfin ‘Body Art Dance Group’ – grupp ta’ żeffiena żgħażagħ immexxija abilment minn Angie Bonello. Din is-serata ser issir fit-Teatru Astra nhar is-Sibt 28 ta’…

Continue reading

L-IMPENJI TAL-BANDA LA STELLA FIL-ĠIMGĦA MQADDSA

Tul il-Ġimgħa Mqaddsa l-banda tal-belt Victoria, kienet impenjata f’erba’ servizzi separati. L-ewwel impenn tal-banda ‘La Stella’ kien proprju nhar is-Sibt 31 ta’ Marzu meta l-banda tellgħet kunċert ta’ mużika sagra fil-bażilika ta’ San Ġorġ. Tul dan il-kunċert il-banda daqqet siltiet…

Continue reading

MERĦBA!

23 ta’ April, 2007 – Jum San Ġorġ Martri: Nagħtukom MERĦBA fil-websajt uffiċjali tas-Soċjetà Filarmonika ‘La Stella’ AD 1863, tal-belt Victoria. F’din il-websajt wieħed jista’ jsib informazzjoni fuq din is-soċjetà mużikali ewlenija fi gżiritna. Barra l-paġna bi ġrajjiet kurrenti, wieħed…

Continue reading

1 35 36 37