Join Us On:

News Archive

IKLA B’RISQ IL-FESTA

Hekk kif fl-aħħar ġimgħa ttellgħet b’ suċċess l-aħħar rappreżentazzjoni tal-musical Jesus Christ Superstar, issa l-attenzjoni prinċipali tagħna ddur fuq il-Festa titulari ta’ San Ġorġ Martri ċċelebrata ta’ kull sena fit-tielet Ħadd ta’ Lulju. L-Għaqda Żgħażagħ La Stella, mutur ewlieni fl-organizzazzjoni tal-festi esterni f’ġieħ San Ġorġ, bħalissa tkun għaddejja bl-aħħar tħejjijiet tagħha biex jiġi mfassal il-programm tal-ispettakli u l-briju li huma karatteristika ewlenija fil-Festa ta’ San Ġorġ.

L-Għaqda Żgħażagħ La Stella ser tkun qed torganizza ikla b’riżq l-ispejjeż li jġibu magħhom dawn l-ispettakli nhar il-Ġimgħa 6 ta’ April fil-Każin tal-Banda La Stella. Biex tibbukkjaw, ċemplu fuq 99274330 jew 79558478. Il-preżenza tagħkom tagħmlilna kuraġġ, waqt li attivitajiet bħal dawn iservu bħala fundraising b’riżq il-festi esterni ta’ San Ġorġ li ta’ kull sena jġibu magħhom spejjeż kbar biex ikunu jistgħu jiġu organizzati bl-akbar dinjità u responsabbiltà. Din is-sena mhux b’anqas fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tat-Teatru Astra.

IMAGE ARTICLE