BDIET IL-ĠIMGĦA MQADDSA
Il-bieraħ fakkarna Ħadd il-Palm u għalhekk tajna bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa, l-aktar ġimgħa importanti fil-kalendarju Liturġiku tal-Knisja. Nfakkru li llejla jsir il-pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ Ġesu Redentur mill-Knisja ta’ San Franġisk għall-Bażilika ta’ San Ġorġ. L-Erbgħa jkollna l-Via Crucis u naturalment il-Ħamis u l-Ġimgħa jsiru t-tifkiriet tal-aħħar ikla tal-Mulej u il-Passjoni ta’ Sidna Ġesu Kristu. Din is-sena, l-Ġimgħa għandna wkoll il-purċissjoni antika u penitenzjali li toħroġ mill-Bażilika ta’ San Ġorġ dritt wara l-funzjoni tas-Salib. Il-Ħadd imbagħad niċċelebraw l-Għid il-Kbir fejn il-Banda Ċittadina La Stella takkumpanja l-istatwa tal-irxoxt.
Inħeġġu l-partitarji u l-parruċċani biex jattendu għal dawn il-mumenti sbieħ u importanti kemm fuq ġewwa kif ukoll f’dawk ta’ barra. Aktar dettajli dwar dawn l-attivitajiet issibuhom f’din il-link.