Join Us On:

News Archive

KUMITAT ĠENERALI

Wara li l bieraħ saret laqgħa ġenerali straodrinarja għall-Banda, ġie iffurmat mill-ġdid il-Kumitat Ġenerali tas-Soċjetà Filarmonika La Stella għas-sena 2018.

Fil-ġranet li ġejjin tissokta l-ħidma fi ħdan is-Soċjetà, partikularment fil-qasam tal-Banda Ċittadina La Stella li tinsab impenjata bil-preparamenti għar-recording tal-marċijiet funebri u l-impenji l-oħra marbuta mal-Ġimgha Mqaddsa u fil-qasam tat-Teatru fejn fil-24 u 25 ta’ Marzu u 1’ t’ April ser jittella’ l-musical Jesus Christ Superstar.