Join Us On:

News Archive

KUNĊERT TAL-MILIED TAL-KOR TAT-TFAL PICCOLE STELLE

Nhar il-Ħadd li ġej se jsir kunċert tal-Milied mill-kor tat-tfal Piccole Stelle.  Il-kunċert jibda fit-8pm fil-Bażilika ta’ San Ġorġ. Id-dħul għal dan il-kunċert huwa b’xejn u kulħadd mistieden jattendi.  Il-kor se jkun taħt id-direzzjoni ta’ Ms Sylvana Cini.

Tkun ħaġa sabiħa li nattendu għal dan il-kunċert biex nibdew nidħlu fl-ispirtu tal-Milied f’dan l-ewwel Ħadd tal-Avvent.  Il-preżenza tagħna tkun ukoll ta’ inkoraġġiment għat-tfal li ilhom tant jippreparaw għal dan l-avveniment.

Christmas Concert