IĦALLINA CARMELO (NENU) GRECH
Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tinsab imnikkta bl-aħbar tat-telfa ta’ Nenu Grech membru attiv fi ħdanha, speċjalment fil-Banda Ċittadina La Stella fejn huwa jimmarċja bl-istendard u anke jakkumpanja il-katuba. Il-preżenza u d-dedikazzjoni ta’ Nenu kienet u hi ta’ eżempju għal ħafna. Il-preżenza tiegħu fil-Banda La Stella kienet waħda regolari, speċjalment fejn jidħlu s-servizzi fil-festi li fihom il-banda tagħna tiehu sehem. In-nuqqas ta’ Nenu se jinħass fil-banda, għax minbarra li kien ħabib ma kulħadd huwa kien meqjus bħala persuna mill-aktar ġenwina.
Il-funeral tiegħu se jsir nhar is-Sibt li ġej fil-Bażilika ta’ San Ġorġ fl-3.45pm. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu jistrieħ fis-sliem. Amen.