ANIMU ĠDID GĦALL-GRUPP FOLKLORISTIKU ASTRA
Nemmen li l-folk hija tradizzjoni ħajja u tagħti sinifikat lilna bħala individwi fil-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minnha. Il-grupp folkloristiku jwassal lis-soċjeta’ narrattiva tal-istorja ta’ art twelidna, ta’ ġensna, tad-drawwiet kulturali u bħalma jgerrbu l-jiem ix-xhur u s-snin; jiddependi minna kemm nistinkaw li nkomplu nżommu ħaj dan l-element.
Minn Diċembru 2017, il-Grupp Folkloristiku Astra rriforma ruhu u laqa’ fih membri ġodda, kemm żeffiena kif ukoll mużiċisti biex nkomplu naħdmu flimkien għal staġun ieħor. Kellna provi intensivi kemm miż-żeffiena kif ukoll mill-mużiċisti. Illum il-ġurnata għandna 11-il mużiċist, 16-il żeffien/a flimkien mal-kantanti. Kull individwu bl-irwol speċifiku tiegħu.
Rawwamna uċuħ żgħażagħ, uħud irritornaw lura fil-folk. Il-folk hija t-tieni familja u għalhekk il-ħidma mill-membri veterani kif ukoll minn dawk ġodda kienet waħda sfieqa u dan wassal għar-riżultat preżenti.
Kelli viżjoni li ridt nimplimenta għal dan il-grupp li kull fejn perper il-bandiera Maltija, ħareġ bl-unuri. Kien wasal iż-żmien li nkunu iktar kompetittivi u dan saħansitra fid-dehra. Grazzi mistħoqqa tmur lill-Manuel Buhagiar tad-disinn tal-kostumi, lil George Cassar għar-rakkmu, u lil Kolina Attard għall-ħjata fina tal-kostumi. Il-kostumi huma stil bourgeoisie l’hekk imsejħa l-klassi medja. Stajna nwettqu dan kollu għax offrew l-għajnuna tagħhom b’ġest volontarju għax huma ukoll jemmnu fil-kunċett folkloristiku. Fuq kollox ukoll lil George Farrugia tal-pariri siewja li dejjem wasslilna. ‘Il quddiem ngħaddilkom spjegazzjoni iktar dettaljata tas-sinifikat tal-kostumi.
Din ix-xitwa ħdimt fuq opportunita’ ghall-Grupp Folkloristiku Astra u dan il-proġett intlaqa’ sew mill-kumpanija internazzjonali li grazzi ghaliha ser inkunu residenti fuq il-kruwslajner Holland America Line kull darba il jsalpa fil-Valletta Waterfront. Wisq iktar ta’ prestiġju hu l-fatt li l-ispettakli ser ikunu fit-teatru prinċipali tal-kruwslajner. Ser intellgħu l-ewwel spettaklu tal-Għabex b’xejra innovattiva, nhar it-Tlieta 8 ta’ Mejju li għaliha l-grupp wisq ħerqan u fiha ser iżanżan il-kostumi ġodda.
Nirringrazzja –
- lill-Kumitat tal-Folk: Maria Schembri Segretarja, Joe Tabone teżorier, Mario Portelli u Josianne Xerri rappreżentati tal-membri tal-folk
- liż- żeffiena: Gina Attard, Patricia Borg, Godwin Cachia, Maria Cachia, Helen Camilleri, Josephine Camilleri, Marija Cassar, Maryanne Cremona, Nina Cremona, Josalda Grech, Frances Portelli, Mario Portelli, Maria Schembri, Melina Sciberras, Josianne Xerri
- lill-mużiċisti: Joseph Bajada, Kurt Cassar, Spiru Sillato (kitarra), George Camilleri (flawt), George Cassar (vjolin), Joseph Cini (żafżafa), Godwin Cachia, Jean Cremona (tamburin), Pierre Grech (obue), Marvic Refalo, Fabio Schembri, Yuri Charyguine (piano accordion)
‘Il quddiem inkomplu nwasslulkom aktar aħbar fuq l-andament tal-Grupp Folkloristiku Astra fuq spettakli lokali u anke tal-festivals interazzjonali.
Maria Portelli
President Grupp Folkloristiku Astra