Join Us On:

News Archive

UN BRIVIDO MI CORSE PER LE VENE!

Un brivido mi corse per le vene !  huwa vers mill-lirika li tkanta Lucia fl-ewwel att tal-opra Lucia di Lammermoor.  Minkejja li Lucia tkanta dan il-vers f’kuntest totalment differenti, ninsabu ċerti li ħafna minn dawk preżenti f’xi waħda mir-rappreżentazzjonijiet, għexu din il-frażi quddiem l-interpretazzjoni stupenda ta’ Serenad Uyar fir-rwol tagħha ta’ Lucia Ashton.  F’din l-opra partikolari spikka t-talent tas-solisti li kellna, liema kapaċità kompliet iżżid il-livell milħuq fl-opra lirika tat-Teatru Astra.  Dan kollu, mżewwaq b’xenarju spettakolari, kostumi kollha tal-epoka, kor ippreparat immens u l-użu tat-teknoloġija speċjalment fejn jidħol id-dawl, ħoloq waħda mill-aqwa produzzjonijiet tat-Teatru Astra.

Il-produzzjoni tat-Teatru Astra kellha lil Enrico Stinchelli bħala reġista u naturalment lil Professur Joseph Vella bħala direttur mużikali, li għal darba oħra mexxa b’mod eċċellenti l-orkestra nazzjonali ta’ Malta.  Mhux se nsemmu lil dawk kollha nvoluti għax faċli jinqabeż xi ħadd.  Il-protagonisti ta’ fuq il-palk u dawk li ma jidhrux jinsabu f’dan il-link.

Min hawn nagħmlu appuntament ma’ dawk li jħobbu l-opra għas-sena d-dieħla b’ La Traviata ta’ Giuseppe Verdi meta Teatru Astra se jkun qed jiċċelebra l-50 sena mill-ftuħ tiegħu.  Dettalji tal-programm tas-sena d-dieħla joħorġu aktar il-quddiem.

La Traviata

 

Ritratti tal-opra (Joe Attard)