Join Us On:

News Archive

JESUS CHRIST SUPER STAR FIT-TEATRU ASTRA DALWAQT

Il-preparamenti għall-musical Jesus Christ Super Star fit-Teatru Astra għaddejjin ġmielom hekk kif issa dħalna f’fażi ġdida tar-rehearsals u l-loġistika.  Ftit tal-ġimgħat ilu ħabbarna li r-rappreżentazzjoni tal-24 ta’ Marzu 2018 hija fully-booked u l-ġranet l-oħra, jiġifieri l-Ħadd 25 ta’ Marzu u 1 April mexjin ukoll.  Dan il-musical se jkun taħt id-direzzjoni artistika ta’ Hugh Wooldridge, minn Londra, li ħadem fil-qrib ma’ Andrew Lloyd Webber u Tim Rice.  Id-direzzjoni tal-mużika se tkun f’idejn Mro Sigmund Mifsud.

Il-kantant li se jagħmel il-parti ta’ Kristu huwa David Michael Johnson, artist ċelebri fil-qasam tal-musicals li se jiġi apposta mill-Ġermanja.  Rwoli oħra importanti se jkunu fdati f’kantanti Maltin ta’ fama bħal Chris Grech, Roger Tirazona, Rachel Fabri, Noel Galea, Chris Dingli u Francesco Joseph Nicodeme. Ucuħ familjari oħra bi rwoli mportanti fil-musical jinkludu wkoll lil Remy Azzopardi, Fabian Galea, Mario Portelli u Wallace Camilleri.  Dan minbarra s-sehem ta’ żeffiena mill-Yada kif ukoll erbgħa żeffiena li ġejjin apposta minn Londra.  Insomma kast eċċellenti li jawgura musical mill-aħjar li qatt raw dawn il-ġżejjer, xieraq fl-okkażjoni tal-50 sena mill-ftuħ tat-Teatru Astra.

Biex wieħed jibbukkja jista’ jidħol fis-sit elettroniku www.ticketline.com.mt, mill-Bar tat-Teatru Astra, jew mill-booking office fuq 79244048.

27857864_962008850617752_6298282170556421671_n 27655265_963615300457107_3138658133301818781_n 27336476_959439207541383_590128590025253602_n 26850174_948697038615600_1205968112624152_o