Join Us On:

News Archive

FESTI SOLENNI F’ĠIEĦ L-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI

Hekk kif jibda x-xahar ta’ Diċembru ħarsitna tmur fuq l-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni ġewwa l-Belt Victoria, li tiġi ċċelebrata fil-Knisja ta’ San Franġisk t’ Assisi.  Il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni minn dejjem kellha rabtiet qrib mas-Soċjetà Filarmonika La Stella, fejn ta’ kull sena tieħu sehem b’żewġ servizzi, wieħed lejlet il-festa u l-ieħor nhar il-festa. Għalina l-parruċani ta’ San Ġorġ din hija festa oħra importanti u mistennija, speċjalment f’dawn il-jiem xitwin fil-bidu tal-Avvent.

Lejlet il-festa l-banda tagħna se jkollha marċ qasir u dritt wara programm mużikali ġewwa Pjazza San Franġisk. L-għada, nhar it-8 ta’ Diċembru l-Banda Dekana u Ċittadina La Stella ssellem lill-Immakulata Kunċizzjoni bil-kant tal-Innu Lodate Maria, mużika tas-Surmast Ġ. Flamingo, taħt id-direzzjoni tal-Prof. Joseph Vella. Wara, l-banda tagħna takkumpanja l-purċissjoni mat-triqat tal-Belt Victoria.

Nittamaw li t-temp jippermetti li kollox imur sewwa u jsir kif skedat. Din is-sena l-partrijiet ġa avżaw fil-programm li jekk il-maltemp iħassar il-festa tal-Ġimgħa 8 ta’ Diċembru, l-purċissjoni ssir l-għada s-Sibt.

Minn din il-paġna nixtiequ nwasslu l-festa t’tajba lil dawk kollha nvoluti fl-organizzazzjoni tal-festi ta’ ġewwa kif ukoll ta’ barra.  Viva Marija Immakulata !

_DSC0025

(Ritratt: Mario Casha)