Join Us On:

News Archive

IL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA FIL-MUNXAR

Illejla bdew is-servizzi tal-Banda Ċittadina La Stella fil-festi tas-sajf, sewwasew fil-festa ta’ San Pawl fil-Munxar.  Kif ġie imsemmi kemm il-darba, ir-raħal ċkejken tal-Munxar għandu rbit mill-qrib ħafna mal-Banda tagħna u għalhekk ikun ta’pjaċir kbir li nieħdu sehem f’din il-festa.

Is-servizz beda b’marċ qasir minn quddiem iċ-ċentru parrokkjali u mexa lejn il-pjazza ewlenija fejn il-banda sabet postha fuq il-palk.  Ftit mumenti qabel ma l-banda tagħna bdiet iddoqq l-innu l-kbir, il-President tas-Soċjeta s-Sur Paul M Cassar, għamel kelmtejn tal-okkażjoni l-dawk preżenti għall-ħruġ tal- istatwa ta’ San Pawl.  Huwa fakkar li l-kompożitur ta’ dan l-innu kien il-Prof. Joseph Vella, li ħalliena ftit tax-xhur ilu.  B’sinjal ta’ rispett inżammet minuta ta’ silenzju qabel l-eżekuzzjoni mill-Banda Ċittadina La Stella.  Dritt wara il-banda tagħna kompliet bi programm mużikali varjat b’siltiet klassiċi u oħrajn moderni mir-reportorju mużikali tagħha.  Għal din l-okkażjoni l-banda kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Joseph Galea.

Issa l-impenn li jmiss huwa dak ta’ RockAstra 2018 fi Triq ir-Repubblika li se jsir nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Ġunju fid-9pm.  Il-kunċert se jkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Sigmund Mifsud.

33745826_10214197712368618_8324146111459622912_n