PROGRAMM MUZIKALI MILL-BANDA LA STELLA JIKKONKLUDI FESTIVAL MEDITERRANEA F’GHAWDEX
Wara sensiela kontinwa ta’ attivitajiet kulturali, Festival Mediterranea organizzat mit-Teatru Astra beda riesaq lejn tmiemu. Dan wara li lahaq il-qofol tieghu bi produzzjoni li tant nizlet tajjeb mal-udjenzi lokali u nternazzjonali ‘Lucia di Lammermoor’. Il-festival se jintemm b’uhud mill-izjed bicciet muzikali popolari minn ghazla vasta ta’ generi u kompozituri waqt il-‘Grand Concert’ nhar it-18 ta’ Novembru.
Il-Banda Cittadina La Stella, taht id-direzzjoni tal-Prof. Joseph Vella se tkun qed tesegwixxi repertorju ta’ muzika mill-pinna ta’ kompozituri bhal Gaetano Donizetti u Gioacchino Rossini, kif ukoll xoghol kontemporanju ta’ Ron Goodwin , Jacob de Haan u l-Prof. Vella nnifsu, dan tal-ahhar bhalissa meqjus bhala wiehed mill-izjed kompozituri llustri f’pajjizna b’fama nternazzjonali. Il-Banda La Stella se tkun qed tospita whud mill-izjed solisti maghrufa fil-gzejjer.
Il-‘Grand Concert’ ser jinzamm fit-Teatru Astra tar-Rabat, Ghawdex, nhar is-Sibt 18 ta’ Novembru fit-8.00. id-dhul huwa b’xejn.
(Ritratt: Joe Attard)