KUNĊERT MIS-SOLISTI TAL-BANDA LA STELLA
Wieħed mill-aktar avvenimenti importanti f’Festival Mediterranea kien il-kunċert tas-solisti tal-Banda Ċittadina La Stella, li din is-sena sar fil-Kempinski San Lawrenz Hotel, nhar il-Ġimgħa 27ta’ Ottubru 2017. Is-solisti li ħadu sehem kienu Mario Galea fuq il-klarinett, Robert Buttigieg fuq it-trumpet u George Camilleri fuq l-euphonium u t-trombone. Huwa kienu akkumpanjati fuq il-pianoforte minn Francis J Camilleri.
Is-serata bdiet b’biċċa ta’ Robert Buttigieg Someone to watch over me ta’ George Gershwin u Andante et Scherzo ta’ Henri Busser. Imbagħad kompla George Camilleri b’ Euphonium Concerto (1st Movement) ta’ Joseph Horovitz u Mario Galea b’ Sonata for clarinet and piano op. 184 ta’ Francis Poulenc. Wara kien imiss li jidħol George Camilleri bit-trombone billi daqq Recitative and Prayer ta’ Hector Berlioz. It-tieni biċċa ta’ Mario Galea kienet Sonatina for clarinet and piano op. 29 ta’ Malcolm Arnold. Is-serata spiċċat b’ Robert Buttigieg idoqq Slavische Fantasie ta’ Carl Hohne u George Camilleri Napoli – Variations on a Neapolitan Song ta’ Herman Bellstedt.
Prosit tassew lil dawn is-solisti, kif ukoll lil Francis J Camilleri tal-akkumpanjament.