Join Us On:

News Archive

L-AĦĦAR TISLIMA: KUNĊERT BIL-MARĊI FUNEBRI TAL-PROF. VELLA

Nhar il-Ħamis 22 ta’ Marzu 2018, fil-Bażilika ta’ San Ġorġ se jsir kunċert mill-Banda Ċittadina La Stella bl-isem “L-Aħħar Tislima”. Matul il-kunċert se jindaqqu għażla ta’ marċi funebri tal-Professur Joseph Vella, li xi wħud minnhom imorru lura fis-snin filwaqt li oħrajn inkitbu aktar riċenti, fostom l-aħħar wieħed miktub ftit qabel ma ħalliena. L-għażla għal dan il-kunċert waqgħet fuq dawn it-tmienja li kollha kemm huma sbieħ ħafna.

  • In Memoriam Fredu Spiteri
  • In Memoriam George Camilleri
  • Lil Missieri s-Surmast Ganni Vella
  • Lill-Ħbieb Tiegħi Qatt Minsija
  • In Memoriam Agostino Camilleri
  • In Memoriam Melchiorre Cassar
  • Lil Ommi
  • Lil Nenu Tagħna

Il-kunċert se jkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro Noel Beck u jibda fit-8pm.  Kulħadd huwa mistieden jattendi u d-dħul għall-kunċert se jkun b’xejn.

Intant infakkru wkoll li c-CD li jġib l-istess isem “L-Aħħar Tislima” jinsab għall-bejgħ mill-Kazin La Stella.  Aktar informazzjoni fuq ic-CD f’din il-link.

Kuncert Muzika Sagra