Join Us On:

News Archive

LUCIA DI LAMMERMOOR TA’ GAETANO DONIZETTI

Fit-Teatru Astra l-bieraħ saret l-ewwel rappreżentazzjoni ta’ Lucia di Lammermoor ta’ Gaetano Donizetti.  L-opra kienet imqassma f’żewġ atti fuq librett ta’ Salvadore Cammaranno. Id-direzzjoni tal-mużika kienet f’idejn il-Prof Joseph Vella filwaqt li dik artistika kienet ta’ Enrico Stinchelli.

Prosit tassew li dawk kollha nvoluti, inklużi s-solisti bravissimi li għandna magħna din is-sena. Min hawn nagħmlu appuntament għal għada, għat-tieni rappreżentazzjoni ta’ Lucia di Lammermoor. Rappurtaġġ aktar estensiv isir fil-jiem li ġejjin.

Intant, illejla għandna kunċert tajjeb ħafna mis-solisti tal-Banda Ċittadina La Stella fil-Kempinski Hotel San Lawrenz.  Se jdoqqu Robert Buttigieg (Trumpet), George Camilleri (Trombone/Euphonium) u Mario Galea (Clarinet).  Se jakkumpanja fuq il-pianforte Francis J Camilleri li dawn l-aħħar snin ġa stabilixxa ruħħu bħala wieħed mill-aħjar mużiċisti li għandna minkejja l-età żgħira tiegħu.  Id-dħul għal dan il-kunċert huwa b’xejn.

Għada filgħodu, għal dawk li jixtiequ jkunu jafu aktar dwar l-opra Lucia di Lammermoor se jkun hemm lecture minn Dr Abraham Borg fil-kumpless Vini e Capricci.  Din tibda fl

(Ritratt tal-opra: Joe Attard)

_JMJ1910

Lecture by Dr Abraham Borg

kempinski concert nov17