Join Us On:

News Archive

SOĊJI 2018 u FRIENDS OF TEATRU ASTRA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella għada kif nediet l-iskema tas-soċji hekk kif fis-sena l-ġdida ser nkunu qegħdin niċċelebraw l-anniversarju tad-deheb tat-Teatru Astra, minn meta ġie inawgurat f’ Jannar tal-1968. Jekk tissieħeb bħala membru fis- Soċjetà Filarmonika La Stella, awtomatikament ser tigi rreġistrat bħala Friend of Teatru Astra li jippermettilek tkun parti mill-attrazzjonijiet li joffri t-Teatru Astra filwaqt li tgawdi minn diversi benefiċċji oħrajn.
__________________________________________________________

  • Skont ta’ 10% fuq il-biljetti tal-produzzjoni mużikali live Jesus Christ Superstar (Marzu 2018).
  • Skont ta’ 10% fuq il-biljetti tal-opra lirika La Traviata (Ottubru 2018).
  • Tiġi nkluż fuq il-lista tal-mistiednin tas-Soċjetà Filarmonika La Stella u tat-Teatru Astra.
  • Tirċievi stediniet għall-avvenimenti organizzati mis-Soċjetà Filarmonika La Stella bħal ma huma l-Kunċert Annwali u RockAstra, fost oħrajn.
  • Skont ta’ 10% fuq il-ħlas tar-reġistrazzjoni fl- Astra School of Musical Theatre (ASMT).
  • Skont ta’ 10% fuq ic-CDs tal-marċi funebri u dawk brijużi.
  • Skont ta’ 10% fuq il-flokk annwali tal-festa.
  • Ibbenefika minn skemi speċjali ta’ skont meta tixtri polza ta’ assigurazzjoni minn Citadel Insurance P.L.C
    12% fuq l-assigurazzjoni tal- karozza*
    12% fuq l-assigurazzjoni tad djar*
    12% fuq l-assigurazzjoni tad-dgħajjes*
    12% fuq l-assigurazzjoni tal-ħajja*
    *Termini u kundizzjonijiet japplikaw
  • Skont ta’ 15% kull darba li tiekol mir-ristorant Country Terrace (Mġarr – Gozo).
    *Termini u kundizzjonijiet japplikaw

__________________________________________________________

Sabiex issir membru, tista tapplika online fuq lastella.com.mt jew www.teatruastra.org.mt, inkella timla l-formula tal-applikazzjoni li tista’ tinkiseb mill-Astra Bar jew mill-membri tal-Kumitat Ġenerali flimkien ma’ cheque ta €15 (prezz speċjali ta’ €20 għall-koppji) pagabbli lis-Soċjetà Filarmonika La Stella; Teatru Astra, 9, Triq ir-Repubblika, Victoria, Għawdex. Il-Membri li se jissieħbu se jigu mogħtija karta ta’ sħubija.

Disinn tal-Membership Card: JB Designs

Socji 2018 FB version Socji 2018 Long Version