Join Us On:

News Archive

AKTAR DWAR IL-MUSICAL “GĦALIEX JIEN?”

Hekk kif nhar l-Erbgħa li għadda dħalna fiż-żmien tar-Randan imqaddes, il-preparamenti għall-musical Għaliex Jien? fit-Teatru Astra jinsabu fl-aqwa tagħhom sabiex f’inqas minn xahar jittella’ l-ispettaklu ta’ mużika, drama, xenarju u dwal dwar l-akbar ġrajja fl-istorja ta’ l-umanita’. Sezzjonijiet mill-cast qed…

Continue reading

INSELLMU LILL-ISQOF NIKOL Ġ. CAUCHI

Erba’ xhur fuq il-mewt ta’ l-E.T. Mons. Nikol Ġużeppi Cauchi, li kien isqof ta’ Għawdex bejn l-1972 u l-2006, il-Bażilika ta’ San Ġorġ tal-Belt Victoria ħa ssellem il-memorja tiegħu bi programm ta’ żewġ ċelebrazzjonijiet li ħa jsiru fl-istess bażilika: •…

Continue reading

AKTAR XOGĦOL FUQ IL-MUSICAL “GĦALIEX JIEN?”

L-attivita’ fuq il-palk tat-teatru Astra matul dawn l-ewwel ġimgħat tas-sena 2011 ma waqfet xejn. Fil-fatt, wara li aktar kmieni dan ix-xahar ittella’ l-kunċert spettakolari mill-banda: Soundtracks Alive: music from the movies!, fil-bidu ta’ Marzu, l-istess teatru ser jilqa’ fih il-karattri…

Continue reading

SPETTAKLU KBIR MINN ‘ZOO’ FIL-KARNIVAL

Nhar is-Sibt 5 ta’ Marzu, fit-Teatru Astra ser jittella’ l-ispettaklu mill-aktar komiku "Zoo & Friends: The Gozo Carnival Xow". F’din ix-xow ser nerġgħu naraw għal darb’oħra l-karattri ferm popolari tal-grupp "Zoo". Għall-karattri komiċi ta’ dan il-grupp din mhix l-ewwel żjara…

Continue reading

MESSAĠĠ MILL-PRESIDENT TAS-SOĊJETÀ

Ser nibdew sena oħra ta’ ħidma fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika La Stella wara li nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Frar kellna l-istallazzjoni tal-kumitat il-ġdid għas-sena 2011.   Inħarsu lejn iż-żmien li għaddejjin minnu u naraw lis-Soċjetà tagħna, dejjem ħajja u dejjem…

Continue reading

IL-LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI TAS-SOĊJETÀ

Il-bieraħ, il-Ġimgħa 18 ta’ Frar 2011, ġiet fi tmiemha sena oħra ta’ ħidma mill-kumitat ġenerali tas-Soċjeta’ Filarmonika La Stella, permezz tal-laqgħa ġenerali annwali li fiha jingħata rendikont ta’ sena sħiħa ta’ xogħol ta’ kull fergħa fi ħdan l-istess Soċjeta’.  …

Continue reading

TKOMPLI L-PREPARAZZJONI LEJN IL-MUSICAL TAL-PASSJONI

Fit-Teatru Astra f’dawn il-ġranet qed tintesifika l-preparazzjoni fuq l-musical “Għaliex Jien?”. Il-provi bħalissa mexjin ġmielhom, u qed isiru prattikament kull filgħaxija.   Ix-xogħol fuq ix-xenarju kull ma jmur qed jieħu sura mill-isbaħ u jipprometti li jkun element ieħor fi produzzjoni spettakloari. Fl-aħħar ġranet…

Continue reading

GĦADA “SOUNDTRACKS ALIVE” FIT-TEATRU ASTRA

Kollox jinsab lest biex għada fuq il-palk tat-Teatru Astra, jittella’ l-kunċert mużikali bl-isem: Soundtracks Alive: Music from the Movies – imtella’ mis-Soċjeta’ Filarmonika La Stella. Fil-fatt, illejla l-banda flimkien maż-żeffiena minn Centre Stage Dance Academy ser jiltaqgħu għall-aħħar kunċert preparatorju, taħt…

Continue reading

PRODUZZJONI KBIRA FIT-TEATRU ASTRA F’APRIL

Għaliex jien? – Il-Passjoni b’Differenza huwa l-isem ta’ musical li bħalissa qed jitħejja fi ħdan it-Teatru Astra. Din il-produzzjoni qed isir b’inizzjattiva mill-Għaqda ta’ l-Armar u l-atturi tat-Teatru Astra f’kollaborazzjoni ma’ l-istess Teatru fi ħdan is-Soċjetà La Stella. Kif jixhed l-istess isem,…

Continue reading

ĦARSA LURA LEJN L-2010 (2)

F’dan l-ewwel aġġornament tagħna għas-sena 2011, ser inkomplu fejn ħallejna fl-aħħar artiklu tagħna, fejn tajna ħarsa lejn dak kollu li għaddiet minnu s-Soċjeta’ tagħna matul is-sena li għadna kif temmejna. Fil-ġabra tal-lum ser nagħtu ħarsa lejn il-ġrajjiet li għaddejn minnhom…

Continue reading

ĦARSA LURA LEJN L-2010…AWGURI GĦALL-2011

Ninsabu fl-aħħar sigħat tas-sena 2010 – ftit ‘il bogħod mis-sena l-ġdida 2011, u bħal kull sena f’dawn il-mumenti wieħed jagħti ħarsa lejn dak kollu li għadda minnu matul is-sena li tkun waslet biex tispiċċa. Għas-Soċjeta’ tagħna, din is-sena kienet sena…

Continue reading

“TRULY UNFORGETTABLE” GĦAL DARB’OĦRA

Fuq talba ġenerali, wara s-suċċess kbir li ntlaħaq fl-ewwel rappreżentazzjoni tal-ispettaklu taż-żfin Truly Unforgettable, nhar il-Ħamis 30 ta’ Diċembru, fit-Teatru Astra, ser tittella’ rappreżentazzjoni oħra tal-istess spettaklu mill-kumpanija taż-żfin Centre Stage Dance Academy.  Dan l-ispettaklu li ttella’ fit-teatru tagħna fit-13…

Continue reading

L-ISBAĦ XEWQAT!

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tal-belt Victoria tixtieq tawgura Milied ħieni u sena ġdid mimlija risq u barka lil dawk kollha li jħossuhom parti mill-familja kbira ta’ l-Istilla. Tieħu l-okkażjoni biex f’dawn il-jiem tirringrazzja mill-qalb lil dawk kollha li b’mod volontarju…

Continue reading

KUNĊERT TAL-MILIED FI PJAZZA INDIPENDENZA

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied, il-Kunsill Lokali stieden lis-Soċjeta’ Filarmonika La Stella ttella’ programm mużikali fi Pjazza Indipendenza nhar is-Sibt 18 ta’ Diċembru. Il-kunċert li sar taħt tinda kbira armata apposta għal dan iż-żmien ta’ festi, kien jinkludi mużika varjata.  Il-banda…

Continue reading

NIFIRĦU LIL MONS. ANTON BORG

Is-Socjetà Filarmonika La Stella tilqa’ b’sodisfazzjoni u tingħaqad mal-komunità parrokkjali tal-parroċċa ta’ San Ġorġ Martri fil-ferħ tal-ħatra ta’ Mons. Anton Borg, saċerdot mill-Belt Victoria, bħala Vigarju Parrokkjali tal-Bażilika Ġorġjana. Monsinjur Borg kien ordnat saċerdot nhar l-24 ta’ Ġunju 1972 u…

Continue reading

KUNĊERT TAL-MILIED MILL-BANDA ‘LA STELLA’

L-aħħar impenn tas-sena 2010 għall-banda ċittadina La Stella huwa proprju l-kunċert tal-Milied li ser isir nhar is-Sibt li ġej 18 ta’ Diċembru fi Pjazza Indipendenza, fil-belt Victoria. Dan il-kunċert qed isir fuq stedina tal-Kunsill Lokali tal-belt Victoria.  Għal dan il-kunċert,…

Continue reading

IĊĊELEBRATA L-FESTA TAL-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI

Ix-xahar ta’ Diċembru, iġib miegħu l-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni – waħda mill-aħħar festi tas-sena, iċċelebrata f’diversi lokalitajiet f’pajjiżna. F’Għawdex din il-festa Marjana tiġi ċċelebrata fil-Qala’ u fil-belt Victoria, mill-komunita’ tal-Patrijiet Franġiskani.  Din il-festa hija festa għażiża wkoll għall-partitarji kollha tal-Istilla, u għalhekk ma…

Continue reading

DAQQ TA’ CAROLS FI PJAZZA SAN ĠORĠ

Fuq inizjattiva tal-Kunsill Lokali tal-belt Victoria, is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella ġiet mistiedna biex torganizza daqq ta’ christmas carols fi pjazza San Ġorġ, fejn ġie armat għal sena oħra Christmas Village. Għaldaqstant, sezzjoni ta’ bandisti, mill-banda tagħna, ħafna minnhom żgħażagħ, ingħaqdu…

Continue reading

IS-SURMAST VELLA F’RUMA

Matul il-jiem li għaddew is-surmast direttur tal-banda tagħna, il-Professur Joseph Vella, kien f’Ruma fejn ġie mistieden jattendi għat-33 edizzjoni tal-Premju Valentino Bucchi. F’din l-okkażjoni l-Professur Vella kien jifforma parti minn panel ta’ ġurija f’kompetizzjoni tal-Kompożizzjoni.  Fl-ewwel laqgħa ta’ dan il-panel…

Continue reading

FESTIVAL FOLKLORISTIKU JAGĦLAQ FESTIVAL MEDITERRANEA

Serata ta’ folklor bis-sehem ta’ erba’ gruppi, minn Għawdex, mill-Italja, mill-Portugall u mir-Repubblika Ċeka, se ġġib fi tmiem id-disa’ edizzjoni ta’ Festival Mediterranea, organizzat mis-Soċjetà Filarmonika La Stella.   Is-serata tas-Sibt 27 ta’ Novembru, bl-isem L-Għabex u li tibda fis-7.30pm,…

Continue reading

IMFAKKAR L-40 ANNIVERSARJU TAS-SURMAST VELLA

" Lill- Banda La Stella, F’għeluq l-40 sena mill-ħatra tiegħi bħala Surmast Direttur,  Li matulhom magħha ħdimt, għallimt, … u tgħallimt!"   Dawn huma l-versi li nsibu mehmuża mal-kompożizzjoni ġdida tas-surmast Joseph Vella: Ludus Tonalis – silta mużikali miktuba fl-okkażjoni…

Continue reading

LEJN IL-PROGRAMM MUŻIKALI ANNWALI

Kompożizzjoni ġdida – Ludus Tonalis tal-Prof. Mro. Joseph Vella – se tindaqq għall-ewwel darba waqt il-Kunċert Sinfoniku Annwali tal-Banda Ċittadina La Stella, nhar is-Sibt 20 ta’ Novembru fit-Teatru Astra. Dan il-kunċert hu attivita’ oħra fil-programm ta’ attivitajiet tad-disa’ edizzjoni ta’…

Continue reading

FOLKGĦABEX 2010: PROGRAMME

PROGRAMME OF THE INTERNATIONAL FOLK FESTIVAL – ORGANIZED BY THE ASTRA FOLK GROUP. commemorating the 40th anniversary of the Astra Folk Group. WEDNESDAY 24THNOVEMBER –   11.00 – SHOW FOR THE ELDERY – DAY CENTRE GHAJNSIELEM 17.30 – SHOW FOR…

Continue reading

TISLIMA LILL-ISQOF NIKOL Ġ. CAUCHI

Għall-ħabta tas-6.10am tal-lum, it-Tnejn 15 ta’ Novembru 2010, fl-Isptar Mater Dei, fl-età ta’ 81 sena, ħalliena l-Isqof emeritu ta’ Għawdex l-E.T. Mons. Nikol Ġ. Cauchi, wara ġimgħat rikoverat għal kura intensiva fl-istess sptar.   Il-mewt ta’ Mons. Cauchi hi telfa…

Continue reading

IT-TIELET TMIEM IL-ĠIMGĦA TA’ FESTIVAL MEDITERRANEA

Festival Mediterranea jissokta għat-tielet tmiem il-ġimgħa konsekuttiv b’numru ta’ attivitajiet immirati li jkomplu jesponu aspetti kulturali differenti ta’ Għawdex.   Għada s-Sibt 13 ta’ Novembru, filgħodu, Festival Mediterranea jkompli b’attività li tiffoka fuq aspett tal-wirt kulturali Għawdxi li fl-aħħar snin…

Continue reading

KUNĊERT MILL-AQWA MILL-BANDISTI TAGĦNA

Bħala parti mid-disa’ edizzjoni ta’ Festival Mediterranea, il-banda La Stella preżentat kunċert fl-Awla Mons. Giuseppe Farrugia, nhar is-Sibt 6 ta’ Novembru, minn solisti tagħha u anke minn brass ensemble. Għal dan il-kunċert kien hemm waħda mill-akbar attendenzi li kellna dan l-aħħar…

Continue reading

IĊĊELEBRATA L-FESTA TA’ SANTA ĊEĊILJA

Nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Novembru, ġiet iċċelebrata l-festa tal-patruna tal-mużiċisti, Santa Ċeċilja. L-Għaqda Każini tal-Baned ħadet l-inizjattiva biex torganizza quddiesa u marċ qasir li jfakkar din il-festa. L-għan tagħha huwa li minn din is-sena, din il-festa tiġi mfakkra fuq bażi…

Continue reading

IKTAR ATTIVITAJIET WAQT FESTIVAL MEDITERRANEA

Tmiem din il-ġimgħa jġib miegħu iktar attivitajiet kulturali bħala parti mid-disa’ edizzjoni ta’ Festival Mediterranea, organizzat mit-Teatru Astra fil-parti l-kbira tiegħu f’Għawdex, u li jkompli sas-27 ta’ Novembru.   Ggantija – the story retold, the experience relived hi żjara b’differenza…

Continue reading

“A MOVING DISPLAY OF SUPERLATIVE CRAFT”

Il-kummenti wara ż-żewġ rappreżentazzjonijiet tal-opra La Traviata fit-teatru tagħna ilhom jaslulna u nistgħu ngħidu li kienu kummenti ferm pożittivi. Issa wara li għaddew ftit tal-ġranet mis-suċċess ta’ din il-produzzjoni, nistennew ukoll l-ewwel reviews fuq il-ġurnali lokali.  Il-bieraħ fuq il-ġurnal bl-Ingliż…

Continue reading

LA TRAVIATA: AKTAR RITRATTI

Wara s-suċċess grandjuż li kellu t-teatru Astra fiż-żewġ rappreżentazzjonijiet tal-opra La Traviata, illum qed nippubblikaw aktar ritratti tal-fotografu Joe Attard, din id-darba mill-produzzjoni tas-Sibt 30 t’Ottubru.  Intant Festival Mediterranea kompla nhar il-Ħadd b’kunċert mill-pjanisti Natasha Chircop u Marco Rivoltini fl-Aula Mons.…

Continue reading

ILLEJLA L-EWWEL “TRAVIATA”

Ninsabu biss ftit tas-sigħat ‘il bogħod mill-ftuħ tad-disa’ edizzjoni ta’ Festival Mediterranea – festival kulturali mtella’ mis-Soċjetà Filarmonika La Stella.  Id-disa’ edizzjoni tiftaħ bl-ewwel rappreżentazzjoni tal-opra La Traviata. Din l-opra Verdjana ser tittella’ għat-tieni darba f’dan it-teatru wara s-suċċess tal-1989.…

Continue reading

ĊELEBRAZZJONI TAL-WIRT STORIKU TAGĦNA

Id-disa’ edizzjoni ta’ Festival Mediterranea, organizzat minn Teatru Astra, jinkludi numru ta’ attivitajiet li jiffukaw fuq il-wirt preistoriku uniku ta’ pajjiżna, organizzati fuq ħamest ijiem f’Malta jew f’Għawdex. L-attivitajiet jinkludu s-sehem tal-arkeologu u l-istudjuż magħruf Dr David Trump mir-Renju Unit,…

Continue reading

LA TRAVIATA: KONFERENZA TAL-AĦBARIJIET

Teatru Astra qed iħabbar id-dettalji kollha b’rabta mal-produzzjoni tal-opra La Traviata inkluż informazzjoni dwar il-kantanti li se jkunu qed ikantaw waqt din il-produzzjoni. Il-kantanti huma fil-parti l-kbira tagħhom dawk internazzjonali ta’ reputazzjoni ferm għolja flimkien ma’ oħrajn li huma fost…

Continue reading

ATTIVITAJIET MARBUTA MAL-WIRT ARKEOLOĠIKU

L-ammiraturi tal-kultura u wirt arkeoloġiku għandhom iżommu l-aġenda tagħhom libera minn appuntamenti matul l-ewwel Ġimgħa ta’ Novembru. Dan minħabba li Dr David Trump, arkeoloġista ta’ fama internazzjoni, se jkun lura f’pajjiżna għall-ġimgħa oħra ta’ avvenimenti storiċi u kulturali.   Għal sena…

Continue reading

1 23 24 25 26 27 38