ILLEJLA L-EWWEL “TRAVIATA”
Fuq il-palk tat-teatru tagħna għaddejjin l-aħħar preparamenti biex illejla niftħu l-bibien biex nilqgħu l-mijiet li ser jattendu għall-ftuħ tal-festival u l-ftuħ tal-istaġun operistiku, bil-protagonisti jkunu s-sopran Għawdxija Miriam Cauchi fir-rwol ta’ Violetta, it-tenur Alessandro Liberatore (Alfredo) fl-ewwel dehra tiegħu f’pajjiżna, u l-baritonu Marco Chingari li qed jirritorna fit-teatru tagħna fir-rwol ta’ Germont. Protagonisti wkoll id-direttur artistiku Taljan Marco Gandini b’esperjenza vasta u internazzjonali f’dan il-qasam u fuq kollox id-direttur mużikali, il-Professur Joseph Vella, li għalih din ser tkun okkażjoni speċjali meta qed ifakkar l-erbgħin anniversarju bħala direttur mużikali tas-Soċjetà Filarmonika La Stella u t-Teatru Astra.
Dan is-sit ser iżommkom aġġornati b’dak kollu konċernat ma’ l-opra La Traviata u l-attivitajiet l-oħra kollha marbuta ma’ Festival Mediterranea. Wieħed jista’ jżur ukoll is-sit www.mediterranea.com.mt għal aktar informazzjoni fuq il-festival.