Join Us On:

News Archive

L-ISBAĦ XEWQAT!

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tal-belt Victoria tixtieq tawgura Milied ħieni u sena ġdid mimlija risq u barka lil dawk kollha li jħossuhom parti mill-familja kbira ta’ l-Istilla. Tieħu l-okkażjoni biex f’dawn il-jiem tirringrazzja mill-qalb lil dawk kollha li b’mod volontarju jagħtu l-ħin tagħhom lis-Soċjetà, fosthom lill-membri kollha tal-kumitat ċentrali, il-bandisti flimkien mas-Surmast u l-Assistent Surmast, lill-membri tal-għaqdiet kollha fi ħdan is-Soċjetà u lill-familjari tagħhom. 

Xewqat sbieħ imorru wkoll għall-komunità kollha Rabtija b’mod speċjali l-komunità parrokkjali Ġorġjana, u lil dawk kollha li b’mod regolari jżuru dan is-sit. 

GRAZZI U MILL-ĠDID AWGURI!! 

[ritratt: Nativita’ con San Giorgio e San Vincenzo Ferrer ta’ Filippo Lippi – Chiostro di San Lorenzo – Prato]