KUNĊERT MUŻIKALI MILL-AQWA B’MUŻIKA MID-DINJA TAĊ-ĊINEMA
Nhar is-Sibt, 12 ta’ Frar, fit-Teatru Astra, konna ħafna li kellna x-xorti ningħaqdu f’udjenza mill-aktar numeruża u apprezzativa għal kunċert ta’ mużika bandistika li ma nisimgħuhiex ta’ sikwit fit-teatri tagħna. Il-mużika kienet tikkonsisti f’arranġamenti għal strumenti tar-ram u l-qasba ta’ temi magħrufa…