Join Us On:

News Archive

“TRULY UNFORGETTABLE” GĦAL DARB’OĦRA

Fuq talba ġenerali, wara s-suċċess kbir li ntlaħaq fl-ewwel rappreżentazzjoni tal-ispettaklu taż-żfin Truly Unforgettable, nhar il-Ħamis 30 ta’ Diċembru, fit-Teatru Astra, ser tittella’ rappreżentazzjoni oħra tal-istess spettaklu mill-kumpanija taż-żfin Centre Stage Dance Academy

Dan l-ispettaklu li ttella’ fit-teatru tagħna fit-13 ta’ Novembru li għadda jinkludi s-sehem ta’ iktar minn 200 żeffien f’ċelebrazzjoni ta’ mużika popolari ta’ kull żmien. Din il-produzzjoni, taħt id-direzzjoni artistika u l-korjografija tal-għalliema żagħżugħa taż-żfin Natalie Sciortino, twassal diversi forom ta’ żfin fosthom jazz, ballet, hip hop u l-ġeneru kontemporanju. Dan fuq mużika ta’ artisti bħal Domenico Modugno, Tina Turner u Joe Cocker fost oħrajn, kif ukoll kanzunetti kontemporanji popolari ta’ artisti oħrajn fosthom Lady Gaga, Beyonce, Kylie Minogue u Cheryl Cole. 

Truly Unforgettable tittella’ fit-Teatru Astra nhar il-Ħamis 30 ta’ Diċembru u tibda fis-7.30pm.

Għal bookings ċemplu fuq 7920 0488.